+Artikolu 160 Probabbiltà ta’ inadempjenza (PD)
---+Artikolu 160 1.
---+Artikolu 160 1a.
---+Artikolu 160 2.
---+Artikolu 160 3.
---+Artikolu 160 4.
---+Artikolu 160 6.
---+Artikolu 160 7.
|
Artikolu 160 Probabbiltà ta’ inadempjenza (PD)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 160 1.
|
Għal skoperturi assenjati għall-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (b), jew il-punt (c)(i), (ii) jew (iii), għall-fini uniku tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju u tal-ammonti ta’ telf mistenni ta’ dawk l-iskoperturi, b’mod partikolari għall-finijiet tal-Artikoli 153 u 157, u l-Artikolu 158(1), (5) u (10), il-valur tal-PD li jintuża għal kull skopertura bħala input tal-formuli tal-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju u tat-telf mistenni m'għandux ikun inqas mill-valur minimu tal-input tal-PD li ġej: 0,05 %.
|
|
Artikolu 160 1a.
|
Għal skoperturi assenjati għall-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (aa)(i) jew (ii), għall-fini uniku tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u tal-ammonti ta' telf mistenni ta' dawk l-iskoperturi, il-valur tal-PD li jintuża għal kull skopertura bħala input tal-formuli tal-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju u tat-telf mistenni m'għandux ikun inqas mill-valur minimu tal-input tal-PD li ġej: 0,03 %.
|
|
Artikolu 160 2.
|
Għal riċevibbli korporattivi mixtrija li fir-rigward tagħhom istituzzjoni ma tistax tagħmel stima tal-PDs jew jekk l-istimi tal-PD ta’ istituzzjoni ma jilħqux ir-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima 6, il-PDs għal dawn l-iskoperturi għandhom jiġu ddeterminati skont il-metodi li ġejjin:
(a)
għal pretensjonijiet prijoritarji fuq riċevibbli korporattivi mixtrija, il-PD għandha tkun l-istima tal-EL mill-istituzzjonijiet diviża mill-LGD għal dawn ir-riċevibbli;
(b)
għal pretensjonijiet subordinati fuq riċevibbli korporattivi mixtrija, il-PD għandha tkun l-istima tal-EL mill-istituzzjoni;
(c)
istituzzjoni li rċeviet il-permess tal-awtorità kompetenti sabiex tuża l-istimi proprji tal-LGD għal skoperturi korporattivi skont l-Artikolu 143 u li tista’ tiddekomponi l-istimi tal-EL tagħha għal riċevibbli korporattivi mixtrija f’PDs u LGDs b’mod li l-awtorità kompetenti tikkunsidra bħala affidabbli, tista’ tuża l-istima tal-PD li tirriżulta minn dik id-dekompożizzjoni.
|
|
Artikolu 160 3.
|
Il-PD ta’ debituri f’inadempjenza għandha tkun ta’ 100 %.
|
|
Artikolu 160 4.
|
Għal skopertura koperta permezz ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata, istituzzjoni li tuża l-istimi proprji tal-LGD skont l-Artikolu 143 kemm għall-iskopertura li tkun koperta mill-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata kif ukoll għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, tista' tirrikonoxxi l-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata fil-PD f'konformità mal-Artikolu 183.
|
|
Artikolu 160 6.
|
Għar-riskju ta' dilwizzjoni ta' riċevibbli korporattivi mixtrija, il-PD għandha tiġi ffissata ugwali għall-istimi tal-EL tal-istituzzjoni għar-riskju ta' dilwizzjoni. Istituzzjoni li tkun irċeviet permess mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 143 biex tuża l-istimi proprji tal-LGD għal skoperturi korporattivi u li tista' tiddekomponi l-istimi tal-EL tagħha għar-riskju ta' dilwizzjoni ta' riċevibbli korporattivi mixtrija f'PDs u LGDs b'mod li l-awtorità kompetenti tqis affidabbli, tista' tuża l-istimi tal-PD li jirriżultaw minn dik id-dekompożizzjoni. L-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu l-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata fil-PD f'konformità mal-Kapitolu 4.
|
|
Artikolu 160 7.
|
Istituzzjoni li tkun irċeviet il-permess tal-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 143 biex tuża l-istimi proprji tal-LGD għar-riskju ta' dilwizzjoni ta' riċevibbli korporattivi mixtrija tista' tirrikonoxxi l-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata billi taġġusta l-PDs soġġetta għall-Artikolu 161(3).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|