+Artikolu 161 Telf fil-każ ta’ inadempjenza (LGD)
---+Artikolu 161 1.
---+Artikolu 161 2.
---+Artikolu 161 3.
---+Artikolu 161 4.
---+Artikolu 161 5.
---+Artikolu 161 6.
---+Artikolu 161 7.

Artikolu 161 Telf fil-każ ta’ inadempjenza (LGD)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 161 1.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jużaw il-valuri ta’ LGD li ġejjin:

▼M17

(a) 

skoperturi prijoritarji mingħajr protezzjoni ta' kreditu finanzjata eliġibbli għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, għal entitajiet tas-settur finanzjarju u għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku: 45 %;

▼M17

(aa) 

skoperturi prijoritarji mingħajr protezzjoni ta' kreditu finanzjata eliġibbli għal korporattivi li mhumiex entitajiet tas-settur finanzjarju: 40 %;

▼B

(b) 

skoperturi subordinati mingħajr kollateral eliġibbli: 75 %;

▼M17 —————

▼B

(d) 

bonds koperti eliġibbli għat-trattament stipulat fl-Artikolu 129(4) jew (5) jistgħu jiġu assenjati il-valur ta’ LGD ta’ 11,25 %;

▼M17

(e) 

għal skoperturi prijoritarji ta' riċevibbli korporattivi mixtrija meta istituzzjoni ma tkunx tista' tistima l-PDs jew meta l-istimi tal-PD tal-istituzzjoni ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 6: 40 %;

▼B

(f) 

għal skoperturi subordinati ta’ riċevibbli korporattivi mixtrija fejn l-istituzzjoni ma tistax tagħti stima tal-PDs jew inkella l-istimi tal-PD mill-istituzzjoni ma jilħqux ir-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 6: 100 %;

▼M17

(g) 

għar-riskju ta' dilwazzjoni ta' riċevibbli korporattivi mixtrija: 100 %.

▼B

Artikolu 161 2.
Għal riskju ta’ dilwizzjoni u inadempjenza jekk istituzzjoni tkun irċeviet permess mill-awtorità kompetenti sabiex tuża l-istimi proprji tal-LGD għal skoperturi korporattivi skont l-Artikolu 143 u tista’ tiddekomponi l-istimi tal-EL tagħha għal riċevibbli korporattivi mixtrija f’PDs u LGDs b’mod ikkunsidrat affidabbli mill-awtorità kompetenti, tista’ tintuża l-istima tal-LGD għar-riċevibbli korporattivi mixtrija.
Artikolu 161 3.
Għal skopertura koperta permezz ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata, istituzzjoni li tuża l-istimi proprji tal-LGD skont l-Artikolu 143 kemm għall-iskopertura li tkun koperta minn protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata kif ukoll għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, tista' tirrikonoxxi l-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata fl-LGD f'konformità mal-Artikolu 183.
Artikolu 161 4.

Għal skoperturi assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (c)(i), (ii) jew (iii), għall-iskop uniku tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u tal-ammonti ta’ telf mistenni ta’ dawk l-iskoperturi, u b’mod partikolari għall-finijiet tal-Artikolu 153(1), il-punt (iii), l-Artikolu 157, u l-Artikolu 158(1), (5) u (10), meta jintużaw stimi proprji tal-LGD, il-valuri tal-LGD għal kull skopertura li tintuża bħala input tal-formuli tal-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju u tat-telf mistenni ma għandhomx ikunu inqas mill-valuri minimi tal-input tal-LGD li ġejjin, ikkalkulati f'konformità mal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.



Tabella 1

Il-minimi tal-input tal-LGD (LGDfloor) għal skoperturi li jappartjenu għall-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (c)(i), (ii) jew (iii)

Skopertura mingħajr FCP eliġibbli (LGDU-floor)

Skopertura ggarantit bis-sħiħ permezz ta' FCP eliġibbli (LGDS-floor)

25 %

kollateral finanzjarju

0 %

riċevibbli

10 %

proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali

10 %

kollateral fiżiku ieħor

15 %

Artikolu 161 5.
Għal skoperturi assenjati għall-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (aa)(i) jew (ii), għall-fini uniku tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u tal-ammonti ta’ telf mistenni ta’ dawk l-iskoperturi, u b’mod partikolari għall-finijiet tal-Artikolu 153(1), il-punt (iii), l-Artikolu 157, u l-Artikolu 158(1), (5) u (10), fejn jintużaw l-istimi proprji tal-LGD, il-valur tal-LGD li jintuża bħala input tal-formuli tal-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju u tat-telf mistenni għal skoperturi mingħajr FCP eliġibbli m'għandux ikun inqas mill-valur minimu tal-input tal-LGD li ġej: 5 %.
Artikolu 161 6.
Għall-finijiet tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, il-minimi tal-input tal-LGD fit-Tabella 1 f'dak il-paragrafu għal skoperturi ggarantiti bis-sħiħ permezz ta' protezzjoni ta' kreditu finanzjata eliġibbli għandhom japplikaw meta l-valur tal-protezzjoni ta' kreditu finanzjata, wara l-applikazzjoni tal-aġġustamenti għall-volatilità Hc u Hfx ikkonċernati f'konformità mal-Artikolu 230, ikun daqs jew jaqbeż il-valur tal-iskopertura sottostanti.

Għall-finijiet tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu u għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-aġġustamenti relatati rilevanti, Hc u Hfx, f'konformità mal-Artikolu 230, il-protezzjoni ta' kreditu finanzjata għandha tkun eliġibbli skont dan il-Kapitolu. F’dak il-każ, it-tip ta’ protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu “kollateral fiżiku ieħor” fl-Artiklu 230, it-Tabella 1, għandha tinftiehem bħala “kollateral fiżiku ieħor u kollateral ieħor eliġibbli”.

Il-minimu applikabbli tal-input tal-LGD (LGDfloor) għal skopertura parzjalment iggarantita permezz ta' FCP jiġi kkalkulat bħala l-medja ponderata tal-LGDU-floor għall-parti tal-iskopertura mingħajr FCP u LGDS-floor għall-parti kompletament iggarantita, kif ġej:

fejn:

LGDU-floor u LGDS-floor huma l-valuri minimi rilevanti fit-Tabella 1;

E, ES, EU u HE jiġu ddeterminati f'konformità mal-Artikolu 230.

Artikolu 161 7.
Meta istituzzjoni li tuża l-istimi proprji tal-LGD għal tip partikolari ta' skoperturi mhux iggarantiti għal korporattivi u skoperturi mhux iggarantiti għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku ma tkunx tista' tqis l-effett tal-protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata li tiggarantixxi waħda mill-iskoperturi ta' dak it-tip ta' skoperturi fl-istima proprja tal-LGD minħabba nuqqas ta' data dwar l-irkupri għal dik il-protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata, l-istituzzjoni għandha titħalla tapplika l-formula stabbilita fl-Artikolu 230, bl-eċċezzjoni li l-LGDU f'dik il-formula għandu jkun l-istima proprja tal-istituzzjoni tal-LGD għal skoperturi mhux iggarantiti. F'dak il-każ, il-protezzjoni ta' kreditu finanzjata għandha tkun eliġibbli f'konformità mal-Kapitolu 4 u l-istima proprja tal-istituzzjoni tal-LGD użati bħala l-LGDU għandha tiġi kkalkulata abbażi tat-telf sottostanti bl-esklużjoni ta' kwalunkwe rkupru li jirriżulta minn dik il-protezzjoni ta' kreditu finanzjata.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.