+Artikolu 164 5.
|
Artikolu 164 5.
L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtorità li tkun responsabbli għall-applikazzjoni tal-paragrafu 6. Dik l-awtorità għandha tkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità deżinjata. Fejn l-awtorità deżinjata minn Stat Membru għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu hija l-awtorità kompetenti, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-korpi u l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti li jkollhom mandat makroprudenzjali jiġu infurmati kif dovut bl-intenzjoni tal-awtorità kompetenti li tagħmel użu minn dan l-Artikolu, u jiġu involuti kif jixraq fil-valutazzjoni ta' tħassib ta' stabbiltà finanzjarja fl-Istat Membru tagħha f'konformità mal-paragrafu 6. Fejn l-awtorità deżinjata mill-Istat Membru għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu hija differenti mill-awtorità kompetenti, l-Istati Membru għandu jadottaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jiżguraw koordinazzjoni u skambju ta' informazzjoni xierqa bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità deżinjata għall-applikazzjoni xierqa ta' dan l-Artikolu. B'mod partikolari, l-awtoritajiet għandhom jintalbu jikkooperaw mill-qrib u li jikkondividu l-informazzjoni kollha li tista' tkun neċessarja għall-prestazzjoni xierqa tad-dmirijiet imposti fuq l-awtorità deżinjata skont dan l-Artikolu. Dik il-kooperazzjoni għandha timmira li tevita kwalunkwe forma ta' azzjoni duplikata jew inkonsistenti bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità deżinjata, kif ukoll li jkun żgurat li l-interazzjoni ma' miżuri oħra, b'mod partikolari miżuri meħuda skont l-Artikolu 458 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE, titqies kif jixraq.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|