+Artikolu 182 Rekwiżiti speċifiċi għall-istimi proprji tal-LGD
---+Artikolu 182 1.
---+Artikolu 182 1a.
---+Artikolu 182 1b.
---+Artikolu 182 1c.
---+Artikolu 182 1d.
---+Artikolu 182 2.
---+Artikolu 182 3.
---+Artikolu 182 4.
---+Artikolu 182 5.

Artikolu 182 Rekwiżiti speċifiċi għall-istimi proprji tal-LGD

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 182 1.

Fil-kwantifikazzjoni tal-parametri tar-riskju li jridu jkunu assoċjati ma’ gradi jew aggregazzjonijiet ta’ klassifikazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin speċifiċi għal stimi proprji tal-fattur ta’ konverżjoni:

(a) 

l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw il-fatturi ta’ konverżjoni skont il-grad jew l-aggregazzjoni tal-faċilità abbażi tal-medja ta’ fatturi ta’ konverżjoni realizzati skont il-grad jew l-aggregazzjoni tal-faċilità billi jużaw il-medja ppeżata tal-inadempjenzi li tirriżulta mill-inadempjenzi osservati kollha fis-sorsi tad-data;

(b) 

l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-istimi tal-fattur ta’ konverżjoni li huma adatti fi żmien ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku jekk dawn ikunu aktar konservattivi mill-medja fuq perijodu fit-tul. Sa fejn sistema ta’ klassifikazzjoni tkun mistennija tipproduċi fatturi ta’ konverżjoni realizzati b’konsistenza skont il-grad jew l-aggregazzjoni tul iż-żmien, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu aġġustamenti fl-istimi tagħhom tal-parametri tar-riskju skont il-grad jew l-aggregazzjoni sabiex jillimitaw l-impatt kapitali ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku;

▼M17

(c) 

l-IRB-CCF tal-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu l-possibbiltà ta' ġbid addizzjonali mid-debitur sa meta u wara li jiġi skattat avveniment ta' inadempjenza;

▼B

(d) 

sabiex jaslu għall-istimi tal-fatturi ta’ konverżjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw il-linji politiċi u l-istrateġiji speċifiċi tagħhom fir-rigwrad tal-monitoraġġ tal-kontijiet u l-ipproċessar tal-pagamenti. L-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw ukoll il-kapaċità u r-rieda tagħhom li jipprevjenu ġbid ulterjuri f’ċirkostanzi ta’ kważi inadempjenza ta’ pagament, bħal vjolazzjonijiet ta’ pattijiet jew avvenimenti oħrajn ta’ inadempjenza teknika;

(e) 

l-istituzzjonijiet għandu jkollhom sistemi adegwati u proċeduri fis-seħħ sabiex jimmonitorjaw l-ammonti tal-faċilità, l-obbligazzjonijiet pendenti attwali fil-linji impenjati u l-bidliet fl-obbligazzjonijiet pendenti skont id-debitur u skont il-grad. L-istituzzjoni għandha tkun tista’ timmonitorja l-bilanċi pendenti ta’ kuljum;

(f) 

jekk l-istituzzjonijiet jużaw stimi differenti tal-fatturi ta’ konverżjoni għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-għanijiet interni dawn għandhom jiġu dokumentati u jkunu raġonevoli.

▼M17

(g) 

l-IRB-CCF tal-istituzzjonijiet għandhom jiġu stmati bl-użu ta' approċċ b'perjodu fiss ta' 12-il xahar;

(h) 

l-IRB-CCF tal-istituzzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq data ta' referenza li tirrifletti l-karatteristiċi tal-prattika tal-ġestjoni tad-debitur, tal-faċilità u tal-bank tal-iskoperturi li għalihom jiġu applikati l-istimi.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), fejn l-istituzzjonijiet josservaw fattur ta' konverżjoni realizzat negattiv fuq l-osservazzjonijiet ta' inadempjenza tagħhom, il-fattur ta' konverżjoni realizzat fuq dawk l-osservazzjonijiet għandu jkun ugwali għal żero għall-fini ta' kwantifikazzjoni tal-IRB-CCF tagħhom. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw l-informazzjoni tal-fattur ta' konverżjoni realizzat negattiv fil-proċess tal-iżvilupp tal-mudell għall-fini tad-differenzjazzjoni tar-riskju.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), l-IRB-CCF għandhom jinkludu marġni akbar ta' konservattiviżmu fejn korrelazzjoni pożittiva aktar b'saħħitha tista' tkun raġonevolment mistennija bejn il-frekwenza tal-inadempjenza u l-kobor tal-fattur ta' konverżjoni.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (g), kull inadempjenza għandha tkun marbuta mal-karatteristiċi rilevanti tad-debitur u tal-faċilità fid-data ta' referenza fissa definita bħala 12-il xahar qabel id-data ta' inadempjenza.

Artikolu 182 1a.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (h), l-IRB-CCF applikati għal skoperturi partikolari ma għandhomx ikunu bbażati fuq data li tħallat l-effetti ta' karatteristiċi differenti jew data minn skoperturi li juru karatteristiċi ta' riskju materjalment differenti. L-IRB-CCF għandhom ikunu bbażati fuq segmenti omoġenji kif xieraq. Għal dak l-għan, il-prattiki li ġejjin għandhom ikunu permessi biss abbażi ta' skrutinju u ġustifikazzjoni dettaljati minn istituzzjoni:

(a) 

id-data sottostanti għall-SMEs/għas-suq medju li tiġi applikata għal debituri korporattivi kbar;

(b) 

id-data minn impenji b'disponibbiltà ta' limitu mhux użata żgħira li tiġi applikata għal faċilitajiet b'disponibbiltà ta' limitu mhux użata kbira;

(c) 

id-data minn debituri delinkwenti jew imblukkata għal prelevamenti ulterjuri fid-data ta' referenza li tiġi applikata għal debituri mingħajr ebda delinkwenza magħrufa jew restrizzjonijiet rilevanti;

(d) 

id-data li tkun ġiet affettwata minn bidliet fit-taħlita ta' prodotti ta' teħid b'self u ta' prodotti oħrajn relatati mal-kreditu tad-debituri matul il-perjodu ta' osservazzjoni sakemm dik id-data ma tkunx ġiet aġġustata effettivament billi jitneħħew l-effetti tal-bidliet fit-taħlita tal-prodotti.

Artikolu 182 1b.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1a, il-punt (d), l-istituzzjonijiet għandhom juru lill-awtoritajiet kompetenti li għandhom fehim dettaljat tal-impatt tal-bidliet fit-taħlita tal-prodotti tal-klijenti fuq is-settijiet ta' data ta' referenza tal-iskoperturi u fuq l-istimi assoċjati tal-IRB-CCF, u li l-impatt huwa immaterjali jew ġie mmitigat b'mod effettiv fil-proċess ta' stima tagħhom. F'dak ir-rigward, dan li ġej ma għandux jitqies xieraq:

(a) 

l-iffissar ta' limiti minimi jew ta' limiti massimi għal osservazzjonijiet tas-CCF jew tal-valuri tal-iskopertura, bl-eċċezzjoni tal-fattur ta' konverżjoni realizzat ugwali għal żero, f'konformità mal-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu;

(b) 

l-użu ta' stimi fil-livell tad-debitur li ma jkoprux għalkollox l-għażliet rilevanti tat-trasformazzjoni tal-prodott jew li jikkombinaw prodotti b'karatteristiċi differenti ħafna b'mod mhux xieraq;

(c) 

l-aġġustament tal-osservazzjonijiet materjali biss affettwati mit-trasformazzjoni tal-prodott;

(d) 

l-esklużjoni tal-osservazzjonijiet affettwati mit-trasformazzjoni tal-profil tal-prodott.

Artikolu 182 1c.
L-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l-IRB-CCF tagħhom ikunu effettivament separati mill-effetti potenzjali ta' reġjun ta' instabbiltà kkawżati minn faċilità li tkun qrib li tinġibed għalkollox fid-data ta' referenza.
Artikolu 182 1d.
Id-data ta' referenza m’għandhiex tkun limitata għall-ammont prinċipali pendenti ta' faċilità jew il-limitu ta' faċilità disponibbli. Imgħax akkumulat, pagamenti oħra dovuti u ġbid li jaqbeż il-limiti ta' faċilità għandhom jiġu inklużi fid-data ta' referenza.
Artikolu 182 2.
Għall-iskoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, u gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, l-istimi tal-fatturi ta’ konverżjoni għandhom ikunu bbażati fuq data li tkopri perijodu minimu ta’ ħames snin, li tiżdied b’sena kull sena wara l-implimentazzjoni sakemm jintlaħaq il-minimu ta’ seba’ snin, għal sors wieħed ta’ data mill-anqas. Jekk il-perijodu ta’ osservazzjoni disponibbli jieħu perijodu itwal għal xi sors, u d-data tkun rilevanti, għandu jintuża dak il-perijodu itwal.
Artikolu 182 3.
Għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumaturi, l-istituzzjonijiet jistgħu jirreflettu l-ġbid futur jew fil-fatturi ta’ konverżjoni tagħhom jew fl-istimi tagħhom tal-LGD.

Għal skoperturi fil-livell tal-konsumaturi, l-istimi tal-fatturi ta’ konverżjoni għandhom ikunu bbażati fuq data fuq perijodu minimu ta’ ħames snin. Soġġett għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw, meta jimplimentaw l-Approċċ IRB, id-data rilevanti li tkopri perijodu ta’ sentejn. Il-perijodu li jrid ikun kopert għandu jiżdied b’sena kull sena sakemm id-data rilevanti tkopri minn tal-inqas ħames snin.

Artikolu 182 4.

L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a) 

in-natura, is-severità u t-tul ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1;

(b) 

il-kondizzjonijiet skont liema l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti lill-istituzzjoni tuża data rilevanti li tkopri perijodu ta’ sentejn meta l-istituzzjoni timplimenta l-Approċċ IRB għall-ewwel darba.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 182 5.
Sal-31 ta' Diċembru 2026, l-EBA għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex tispeċifika l-metodoloġija li l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw sabiex jistmaw l-IRB-CCF.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.