+Artikolu 182 1.

Artikolu 182 1.

Fil-kwantifikazzjoni tal-parametri tar-riskju li jridu jkunu assoċjati ma’ gradi jew aggregazzjonijiet ta’ klassifikazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin speċifiċi għal stimi proprji tal-fattur ta’ konverżjoni:

(a) 

l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw il-fatturi ta’ konverżjoni skont il-grad jew l-aggregazzjoni tal-faċilità abbażi tal-medja ta’ fatturi ta’ konverżjoni realizzati skont il-grad jew l-aggregazzjoni tal-faċilità billi jużaw il-medja ppeżata tal-inadempjenzi li tirriżulta mill-inadempjenzi osservati kollha fis-sorsi tad-data;

(b) 

l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-istimi tal-fattur ta’ konverżjoni li huma adatti fi żmien ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku jekk dawn ikunu aktar konservattivi mill-medja fuq perijodu fit-tul. Sa fejn sistema ta’ klassifikazzjoni tkun mistennija tipproduċi fatturi ta’ konverżjoni realizzati b’konsistenza skont il-grad jew l-aggregazzjoni tul iż-żmien, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu aġġustamenti fl-istimi tagħhom tal-parametri tar-riskju skont il-grad jew l-aggregazzjoni sabiex jillimitaw l-impatt kapitali ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku;

▼M17

(c) 

l-IRB-CCF tal-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu l-possibbiltà ta' ġbid addizzjonali mid-debitur sa meta u wara li jiġi skattat avveniment ta' inadempjenza;

▼B

(d) 

sabiex jaslu għall-istimi tal-fatturi ta’ konverżjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw il-linji politiċi u l-istrateġiji speċifiċi tagħhom fir-rigwrad tal-monitoraġġ tal-kontijiet u l-ipproċessar tal-pagamenti. L-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw ukoll il-kapaċità u r-rieda tagħhom li jipprevjenu ġbid ulterjuri f’ċirkostanzi ta’ kważi inadempjenza ta’ pagament, bħal vjolazzjonijiet ta’ pattijiet jew avvenimenti oħrajn ta’ inadempjenza teknika;

(e) 

l-istituzzjonijiet għandu jkollhom sistemi adegwati u proċeduri fis-seħħ sabiex jimmonitorjaw l-ammonti tal-faċilità, l-obbligazzjonijiet pendenti attwali fil-linji impenjati u l-bidliet fl-obbligazzjonijiet pendenti skont id-debitur u skont il-grad. L-istituzzjoni għandha tkun tista’ timmonitorja l-bilanċi pendenti ta’ kuljum;

(f) 

jekk l-istituzzjonijiet jużaw stimi differenti tal-fatturi ta’ konverżjoni għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-għanijiet interni dawn għandhom jiġu dokumentati u jkunu raġonevoli.

▼M17

(g) 

l-IRB-CCF tal-istituzzjonijiet għandhom jiġu stmati bl-użu ta' approċċ b'perjodu fiss ta' 12-il xahar;

(h) 

l-IRB-CCF tal-istituzzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq data ta' referenza li tirrifletti l-karatteristiċi tal-prattika tal-ġestjoni tad-debitur, tal-faċilità u tal-bank tal-iskoperturi li għalihom jiġu applikati l-istimi.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), fejn l-istituzzjonijiet josservaw fattur ta' konverżjoni realizzat negattiv fuq l-osservazzjonijiet ta' inadempjenza tagħhom, il-fattur ta' konverżjoni realizzat fuq dawk l-osservazzjonijiet għandu jkun ugwali għal żero għall-fini ta' kwantifikazzjoni tal-IRB-CCF tagħhom. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw l-informazzjoni tal-fattur ta' konverżjoni realizzat negattiv fil-proċess tal-iżvilupp tal-mudell għall-fini tad-differenzjazzjoni tar-riskju.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), l-IRB-CCF għandhom jinkludu marġni akbar ta' konservattiviżmu fejn korrelazzjoni pożittiva aktar b'saħħitha tista' tkun raġonevolment mistennija bejn il-frekwenza tal-inadempjenza u l-kobor tal-fattur ta' konverżjoni.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (g), kull inadempjenza għandha tkun marbuta mal-karatteristiċi rilevanti tad-debitur u tal-faċilità fid-data ta' referenza fissa definita bħala 12-il xahar qabel id-data ta' inadempjenza.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.