+Artikolu 199 2.

Artikolu 199 2.

Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 124(9), bħala kollateral eliġibbli l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw proprjetà residenzjali li hija li jew ser tkun okkupata jew mikrija mis-sid, jew mis-sid benefiċjarju fil-każ ta' kumpaniji ta' investiment personali, u proprjetà immobbli kummerċjali, inkluż uffiċċji u bini kummerċjali ieħor, fejn jiġu ssodisfatti ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-valur tal-proprjetà ma jkunx jiddependi materjalment mill-kwalità tal-kreditu tad-debitur;

(b) 

ir-riskju tal-mutwatarju ma jiddependix materjalment mill-prestazzjoni tal-proprjetà jew tal-proġett sottostanti, iżda mill-kapaċità sottostanti tal-mutwatarju li jħallas lura d-dejn minn sorsi oħrajn, u bħala konsegwenza l-ħlas lura tal-faċilità ma jkunx jiddependi materjalment minn kwalunkwe fluss ta' flus kontanti ġġenerat mill-proprjetà sottostanti li sservi bħala kollateral.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu sitwazzjonijiet fejn fatturi purament makroekonomiċi jaffettwaw kemm il-valur tal-proprjetà kif ukoll il-prestazzjoni tal-mutwatarju.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.