+Artikolu 207 Rekwiżiti għall-kollateral finanzjarju
---+Artikolu 207 1.
---+Artikolu 207 2.
---+Artikolu 207 3.
---+Artikolu 207 4.
---+Artikolu 207 5.
|
Artikolu 207 Rekwiżiti għall-kollateral finanzjarju
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 207 1.
|
Taħt l-approċċi u l-metodi kollha, kollateral finanzjarju u deheb għandhom jikkwalifikaw bħala kollateral eliġibbli fejn jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 4.
|
|
Artikolu 207 2.
|
Il-kwalità tal-kreditu tad-debitur u l-valur tal-kollateral ma għandux ikollu korrelazzjoni materjali pożittiva. Fejn il-valur tal-kollateral jitnaqqas b’mod sinifikanti, dan waħdu ma għandux jimplika deterjorament sinifikanti fil-kwalità kreditizja tad-debitur. Fejn il-kwalità kreditizja tad-debitur issir kritika, din waħedha ma għandhiex timplika deterjorament sinifikanti fil-valur tal-kollateral. Titoli maħruġa mid-debitur, jew kwalunkwe entità fi grupp relatat, ma għandhomx jikkwalifikaw bħala kollateral eliġibbli. Minkejja dan, il-ħruġ mid-debitur ta’ bonds koperti tiegħu stess li jaqgħu taħt it-termini tal-Artikolu 129 jikkwalifikaw bħala kollateral eliġibbli meta jiġu depożitati bħala kollaterali għal transazzjoni ta’ riakkwist, jekk jikkonformaw mal-kondizzjoni stabbilita fl-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 207 3.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit kuntrattwali u statutorju fir-rigward ta’, u jieħdu l-passi neċessarji kollha sabiex jiżguraw, l-infurzabbiltà tal-arranġamenti tal-kollateral skont il-liġi applikabbli għall-interess tagħhom fil-kollateral. L-istituzzjonijiet għandhom ikunu wettqu analiżi legali suffiċjenti li tikkonferma l-infurzabbiltà tal-arranġamenti tal-kollateral fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha. Għandhom jerġgħu jwettqu tali analiżi kif neċessarju sabiex tiġi żgurata l-infurzabbiltà kontinwata.
|
|
Artikolu 207 4.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti operattivi li ġejjin kollha:
(a)
għandhom jiddokumentaw sew l-arranġamenti tal-kollateral u jkollhom stabbiliti proċeduri ċari u robusti għal-likwidazzjoni f’waqtha tal-kollateral;
(b)
għandhom jużaw proċeduri u proċessi robusti sabiex jikkontrollaw riskji li ġejjin mill-użu tal-kollateral, inklużi riskji ta’ protezzjoni tal-kreditu falluta jew imnaqqsa, ir-riskji ta’ valutazzjoni, riskji assoċjati mat- terminazzjoni tal-protezzjoni tal-kreditu, riskji ta’ konċentrazzjoni li ġejjin mill-użu ta’ kollateral u l-interazzjoni mal-profil tar-riskju kumplessiv tal- istituzzjoni;
(c)
għandu jkollhom politiki u prattiki dokumentati fis-seħħ li jikkonċernaw it-tipi u l-ammonti ta’ kollateral aċċettat;
▼M17
(d)
għandhom jikkalkulaw il-valur tas-suq tal-kollateral, u jivvalutawh mill-ġdid kif adatt, mill-inqas darba kull sitt xhur u kull meta jkollhom raġuni biex jaħsbu li seħħ tnaqqis sinifikanti fil-valur tas-suq tal-kollateral; Il-kunsiderazzjonijiet relatati mal-ESG għandhom iwasslu għal valutazzjoni ta' jekk seħħx tnaqqis sinifikanti fil-valur tas-suq tal-kollateral;
▼B
(e)
fejn il-kollateral ikun ta’ parti terza, għandhom jieħdu passi raġonevoli sabiex jiżguraw li l-parti terza tissepara l-kollateral mill-assi proprji tagħha;
(f)
għandhom jiżguraw li jiddedikaw riżorsi biżżejjed għall-funzjonament b’mod ordnat ta’ ftehimiet dwar il-marġni ma’ derivati OTC u l-kontropartijiet li jiffinanzjaw it-titoli, kif ikkalkulati mill-prontezza u l-preċiżjoni tas-sejħiet tagħhom li joħorġu għall-manutenzjoni tal-marġni u l-ħin ta’ rispons għas-sejħiet li jidħlu għall-manutenzjoni tal-marġni;
(g)
għandu jkollhom fis-seħħ politiki ta’ ġestjoni tal-kollateral biex jikkontrollaw, jissorveljaw u jirraportaw dan li ġej:
(i)
ir-riskji li għalihom il-ftehimiet dwar il-marġni jesponuhom;
(ii)
ir-riskju ta’ konċentrazzjoni għal tipi partikolari ta’ assi kollaterali;
(iii)
l-użu mill-ġdid ta’ kollateral inkluż in-nuqqas potenzjali ta’ likwidità li jirriżulta mill-użu mill-ġdid ta’ kollateral irċevut minn kontropartijiet;
(iv)
ir-rinunzja tad-drittijiet għal kollateral depożitat mal-kontropartijiet.
|
|
Artikolu 207 5.
|
Minbarra li jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 4, sabiex il-kollateral finanzjarju jikkwalifika bħala kollateral eliġibbli skont il-Metodu Ssimplifikat tal-Kollateral Finanzjarju il-maturità reżidwa tal-protezzjoni għandha tkun mill-inqas twila daqs il-maturità reżidwa tal-iskopertura.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|