+Subtaqsima 1 Protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu
---+Artikolu 205 Rekwiżiti għal ftehimiet ta’ netting fil-karta tal-bilanċ għajr ftehimiet ewlenin ta’ netting imsemmija fl-Artikolu 206
---+Artikolu 206 Rekwiżiti għall-ftehimiet ewlenin ta’ netting li jkopru transazzjonijiet ta’ riakkwist jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti jew transazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali
---+Artikolu 207 Rekwiżiti għall-kollateral finanzjarju
------+Artikolu 207 1.
------+Artikolu 207 2.
------+Artikolu 207 3.
------+Artikolu 207 4.
------+Artikolu 207 5.
---+Artikolu 208 Rekwiżiti għal kollateral li huwa proprjetà immobbli
------+Artikolu 208 1.
------+Artikolu 208 2.
------+Artikolu 208 3.
------+Artikolu 208 3a.
------+Artikolu 208 4.
------+Artikolu 208 5.
---+Artikolu 209 Rekwiżiti għar-reċivibbli
------+Artikolu 209 1.
------+Artikolu 209 2.
------+Artikolu 209 3.
---+Artikolu 210 Rekwiżiti għal kollateral fiżiku ieħor
---+Artikolu 211 Rekwiżiti għat-trattament ta’ skoperturi ta’ kiri bħala kollateralizzati
---+Artikolu 212 Rekwiżiti għal protezzjoni ffinanzjata oħra tal-kreditu
------+Artikolu 212 1.
------+Artikolu 212 2.

Subtaqsima 1 Protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu

Subtaqsima 1 Protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 205 Rekwiżiti għal ftehimiet ta’ netting fil-karta tal-bilanċ għajr ftehimiet ewlenin ta’ netting imsemmija fl-Artikolu 206

Artikolu 205

Rekwiżiti għal ftehimiet ta’ netting fil-karta tal-bilanċ għajr ftehimiet ewlenin ta’ netting imsemmija fl-Artikolu 206

Il-ftehimiet tan-netting fil-karta tal-bilanċ għajr il-ftehimiet ewlenin ta’ netting imsemmija fl-Artikolu 206 għandhom jikkwalifikaw bħala forma eliġibbli ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

dawk il-ftehimiet huma legalment effettivi u infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha, inkluż fl-każ ta’ insolvenza jew falliment ta’ kontroparti;

(b) 

fi kwalunkwe mument, l-istituzzjonijiet jistgħu jiddeterminaw l-assi u l-passivi li huma soġġetti għal dawn il-ftehimiet;

(c) 

l-istituzzjonijiet jissorveljaw u jikkontrollaw ir-riskji assoċjati mat-terminazzjoni tal-protezzjoni tal-kreditu fuq bażi kontinwa;

(d) 

l-istituzzjonijiet jissorveljaw u jikkontrollaw l-iskoperturi rilevanti fuq bażi netta u jagħmlu dan fuq bażi kontinwa.

Artikolu 206 Rekwiżiti għall-ftehimiet ewlenin ta’ netting li jkopru transazzjonijiet ta’ riakkwist jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti jew transazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali

Artikolu 206

Rekwiżiti għall-ftehimiet ewlenin ta’ netting li jkopru transazzjonijiet ta’ riakkwist jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti jew transazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali

Ftehimiet ewlenin ta’ netting li jkopru transazzjonijiet ta’ riakkwist, transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti jew transazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali għandhom jikkwalifikaw bħala forma eliġibbli ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu fejn il-kollateral ipprovdut skont dawn il-ftehimiet jissodosfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 207(2) sa (4) u fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

huma legalment effettivi u infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha, inkluż fil-każ ta’ falliment jew insolvenza tal-kontroparti;

(b) 

jagħtu d-dritt lil parti mhux inadempjenti li ttemm u tagħlaq fil-waqt it-transazzjonijiet kollha skont il-ftehim malli sseħħ inadempjenza, inkluż fil-każ ta’ falliment jew insolvenza tal-kontroparti;

(c) 

jipprovdu għal netting ta’ qligħ u telf għal transazzjonijiet imwettqa skont ftehim sabiex ikun dovut ammont nett wieħed minn parti waħda lill-oħra.

Artikolu 207 Rekwiżiti għall-kollateral finanzjarju -
Artikolu 208 Rekwiżiti għal kollateral li huwa proprjetà immobbli -
Artikolu 209 Rekwiżiti għar-reċivibbli -
Artikolu 210 Rekwiżiti għal kollateral fiżiku ieħor

Artikolu 210

Rekwiżiti għal kollateral fiżiku ieħor

Kollateral fiżiku għajr kollateral li huwa proprjetà immobbli għandu jikkwalifika bħala kollateral eliġibbli skont l-Approċċ IRB fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-arraġnament tal-kollateral li taħtu jiġi pprovdut il-kollateral fiżiku lill-istituzzjoni għandu jkun legalment effettiv u infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha u għandu jippermetti lill-istituzzjoni li tirrealizza l-valur tal-kollateral fi żmien raġonevoli;

(b) 

bl-eċċezzjoni unika tal-pretensjonijiet tal-ewwel prijorità permissibbli msemmija fl-Artikolu 209(2)(b), l-ewwel rhuna, jew imposti fuq, kollateral biss għandhom jikkwalifikaw bħala kollateral eliġibbli u istituzzjoni għandu jkollha prijorità fuq il-mutwanti l-oħra kollha għar-rikavat realizzat mill-kollateral;

(c) 

l-istituzzjonijiet għandhom jissorveljaw il-valur tal-kollateral fuq bażi frekwenti u mill-inqas darba fis-sena. L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu monitoraġġ aktar frekwenti fejn is-suq ikun soġġett għal bidliet sinifikanti fil-kondizzjonijiet;

(d) 

il-ftehim ta’ self għandu jinkludi deskrizzjonijiet dettaljati tal-kollateral kif ukoll speċifikazzjonijiet dettaljati tal-mod u l-frekwenza tar-rivalutazzjoni;

(e) 

l-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw b’mod ċar fil-politiki u l-proċeduri tal-kreditu interni tagħhom disponibbli għall-eżami tat-tipi ta’ kollateral fiżiku li jaċċettaw u l-politiki u l-prattiki li għandhom fis-seħħ fir-rigward tal-ammont xieraq ta’ kull tip ta’ kollateral relatat mal-ammont tal-iskopertura;

(f) 

il-politiki ta’ kreditu tal-istituzzjonijiet fir-rigward tal-istruttura tat-transazzjoni għandhom jindirizzaw dawn li ġejjin:

(i) 

ir-rekwiżiti ta’ kollateral xieraq relattiv għall-ammont tal-iskopertura;

(ii) 

il-kapaċità ta’ likwidazzjoni fil-pront tal-kollateral;

(iii) 

il-kapaċità li prezz jew valur tas-suq ikun stabbilit b’mod oġġettiv;

(iv) 

il-frekwenza li biha l-valur jista’ jinkiseb fil-pront, inkluża evalwazzjoni jew valutazzjoni professjonali;

(v) 

il-volatilità jew approssimazzjoni tal-volatilità tal-valur tal-kollateral.

▼M17

(g) 

meta jwettqu l-valwazzjoni u r-rivalwazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont bis-sħiħ ta' kull deterjorament jew obsolexxenza tal-kollateral, billi jagħtu attenzjoni partikolari lill-effetti tal-passaġġ taż-żmien fuq kollateral sensittiv għall-moda jew iż-żmien; għal kollateral fiżiku, l-obsolexxenza tal-kollateral għandha tinkludi wkoll kunsiderazzjonijiet ta' valwazzjoni relatati mal-ESG relatati ma' projbizzjonijiet jew limitazzjonijiet imposti mill-objettivi regolatorji u l-atti legali rilevanti tal-Unjoni u tal-Istati Membri, kif ukoll, fejn rilevanti għal istituzzjonijiet attivi internazzjonalment, objettivi legali u regolatorji ta' pajjiżi terzi;

▼B

(h) 

l-istituzzjonijiet għandu jkollhom id-dritt li fiżikament jispezzjonaw il-kollateral. Għandu jkollhom ukoll politiki u proċeduri fis-seħħ sabiex jindirizzaw l-eżerċizzju tad-dritt tagħhom għal spezzjoni fiżika;

(i) 

il-kollateral użat bħala protezzjoni għandu jkun adegwament assigurat kontra r-riskju ta’ ħsara u l-istituzzjonijiet għandu jkollhom proċeduri fis-seħħ sabiex jissorveljaw dan.

▼M17

Meta ftehimiet ta' titoli ġenerali, jew forom oħra ta' imposta flessibbli, jipprovdu lill-istituzzjoni mutwanti bi pretensjoni reġistrata fuq l-assi ta' kumpanija u meta dik il-pretensjoni jkun fiha kemm assi li ma jkunux eliġibbli bħala kollateral skont l-Approċċ IRB kif ukoll assi li jkunu eliġibbli bħala kollateral skont l-Approċċ IRB, l-istituzzjoni tista' tirrikonoxxi dawk l-assi tal-aħħar bħala protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata eliġibbli. F'dak il-każ, dak ir-rikonoxximent għandu jkun kundizzjonali fuq dawk l-assi li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-eliġibbiltà tal-kollateral skont l-Approċċ IRB kif stabbilit f'dan il-Kapitolu.

▼B

Artikolu 211 Rekwiżiti għat-trattament ta’ skoperturi ta’ kiri bħala kollateralizzati

Artikolu 211

Rekwiżiti għat-trattament ta’ skoperturi ta’ kiri bħala kollateralizzati

L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw skoperturi li jirriżultaw minn transazzjonijiet ta’ kiri bħala kollateralizzati skont it-tip ta’ proprjetà mikrija, fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 208 jew 210, kif applikabbli, għat-tip ta’ proprjetà mikrija sabiex tikkwalifika bħala kollateral eliġibbli;

(b) 

is-sid il-kera għandu fis-seħħ ġestjoni tar-riskji robust fir-rigward tal-użu magħmul mill-assi mikrija, il-lokalità tiegħu, l-età u t-tul ta’ żmien ippjanat tal-użu tiegħu, inkluż monitoraġġ xieraq tal-valur tal-garanzija;

(c) 

is-sid il-kera huwa l-proprjetarju legali tal-assi u jista’ jeżerċita d-drittijiet tiegħu bħala sid fil-ħin;

(d) 

fejn din għadha ma ġietx aċċertata fil-kalkolu tal-livell ta’ LGD, id-differenza bejn il-valur tal-ammont mhux ammortizzat u l-valur tas-suq tal-garanzija mhijiex daqshekk kbira li tenfasizza wisq il-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu attribwita lill-assi mikrijin.

Artikolu 212 Rekwiżiti għal protezzjoni ffinanzjata oħra tal-kreditu -

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.