+Artikolu 209 Rekwiżiti għar-reċivibbli
---+Artikolu 209 1.
---+Artikolu 209 2.
---+Artikolu 209 3.
|
Artikolu 209 Rekwiżiti għar-reċivibbli
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 209 1.
|
Ir-riċevibbli għandhom jikkwalifikaw bħala kollateral eliġibbli fejn jintlaħqu r-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.
|
|
Artikolu 209 2.
|
Għandhom jintlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin dwar iċ-ċertezza legali:
(a)
il-mekkaniżmu legali li permezz tiegħu jiġi pprovdut il-kollateral lil istituzzjoni mutwanti għandu jkun robust u effettiv u jiżgura li dik l-istituzzjoni għandha drittijiet ċari fuq il-kollateral inkluż id-dritt għar-rikavati mill-bejgħ tal-kollateral;
(b)
l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-passi neċessarji kollha sabiex jissodisfaw ir- rekwiżiti lokali fir-rigward tal-infurzabbiltà tal-interess fuq it-titolu. L- istituzzjonijiet mutwanti għandu jkollhom pretensjoni tal-ewwel prijorità fuq il- kollateral għalkemm tali pretensjonijiet jistgħu jiqbgħu soġġetti għall- pretensjonijiet ta’ kredituri preferenzjali kif ikun speċifikat f’dispożizzjonijiet leġiżlattivi;
(c)
l-istituzzjonijiet għandhom ikunu wettqu analiżi legali suffiċjenti li tikkonferma l-infurzabbiltà tal-arranġamenti tal-kollateral fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha;
(d)
l-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw kif xieraq l-arranġamenti tal-kollateral tagħhom u għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri ċari u robusti għall-irkupru fil-pront tal-kollateral;
(e)
l-istituzzjonijiet għandu jkollhom proċeduri stabbiliti sabiex jiżguraw li jiġu osservati kwalunkwe kondizzjonijiet legali meħtieġa għad-dikjarazzjoni ta’ inadempjenza ta’ mutwatarju u għall-irkupru fil-pront ta’ kollateral;
(f)
fil-każ ta’ diffikultà finanzjarja jew inadempjenza ta’ mutwatarju, l-istituzzjonijiet għandu jkollhom awtorità legali sabiex ibigħu jew jassenjaw ir-riċevibbli lil partijiet oħra mingħajr il-kunens tad-debituri tar-riċevibbli.
|
|
Artikolu 209 3.
|
Għandhom jintlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin dwar il-ġestjoni tar-riskji:
(a)
istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ proċess validu għad-determinazzjoni ta’ riskju tal-kreditu assoċjat mar-riċevibbli. Tali proċess għandu jinkludi analiżi tan-negozju u l-industrija tal-mutwatarju u t-tipi ta’ klijenti li jinnegozja magħhom. Fejn l-istituzzjoni tiddependi fuq il-mutwatarji tagħha sabiex taċċerta r-riskju tal-kreditu tal-konsumaturi, l-istituzzjoni għandha tanalizza l-prattiki ta’ kreditu tal-mutwatarji sabiex tiżgura ruħha mill-validità u l-kredibbiltà tagħhom;
(b)
id-differenza bejn l-ammont tal-iskopertura u l-valur tar-riċevibbli għandu jirreflettu l-fatturi xierqa kollha, inklużi l-ispiża tal-irkupru, il-konċentrazzjoni fl-aggregazzjoni tar-riċevibbli mirhuna minn mutwatarju individwali, u r-riskju potenzjali ta’ konċentrazzjoni fi ħdan l-iskoperturi totali tal-istituzzjoni lil hinn minn dak ikkontrollat mill-metodoloġija ġenerali tal-istituzzjoni. L-istituzzjonijiet għandhom iżommu proċess kontinwu ta’ monitoraġġ adatt għar-riċevibbli. Għandhom janalizzaw ukoll, fuq bażi regolari, il-konformità mal-ftehimiet tal-għoti tal-self, ir-restrizzjonijiet ambjentali, u r-rekwiżiti legali oħrajn;
(c)
riċevibbli mirhuna minn mutwatarju għandhom ikunu diversifikati u mhux korrelatati iżżejjed ma’ dak il-mutwatarju. Fejn ikun hemm korrelazzjoni materjali pożittiva, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu r-riskji li jmorru mal-iffissar tal-marġni għall-aggregazzjoni kollha tal-kollateral;
(d)
l-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw riċevibbli minn affiljati ta’ mutwatarju, inklużi sussidjarji u impjegati, bħala protezzjoni tal-kreditu eliġibbli;
(e)
l-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ proċess dokumentat għall-ġbir ta’ pagamenti ta’ riċevibbli f’sitwazzjonijiet ta’ diffikultà. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ il-faċilitajiet meħtieġa għall-irkupru anki meta normalment jiddependu fuq il-mutwatarji tagħhom għall-ġbir.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|