+Artikolu 215 2.

Artikolu 215 2.

Fil-każ ta' garanziji pprovduti fil-kuntest ta' skemi ta' garanzija reċiproka jew ipprovduti minn jew kontrogarantiti mill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 214(2), ir-rekwiżiti fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 213(1), il-punt (c)(iii), għandhom jiġu kkunsidrati bħala ssodisfati meta tintlaħaq kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

wara li d-debitur oriġinali jsir inadempjenti jew wara li dan jonqos milli jħallas, l-istituzzjoni mutwanti għandha d-dritt li tikseb fil-ħin pagament proviżorju mill-garanti li jissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

il-pagament proviżorju jirrappreżenta stima robusta tal-ammont tat-telf li l-istituzzjoni mutwanti x'aktarx iġġarrab, inkluż telf li jirriżulta min-nuqqas ta' pagament tal-imgħax u ta' tipi oħra ta' pagament li l-mutwatarju jkun obbligat li jagħmel;

(ii) 

il-pagament proviżorju jkun proporzjonali għall-kopertura tal-garanzija;

(b) 

l-istituzzjoni mutwanti tista' turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-effetti tal-garanzija, li għandhom ikopru wkoll telf li jirriżulta min-nuqqas ta' pagament tal-imgħax u ta' tipi oħra ta' pagament li l-mutwatarju huwa obbligat li jagħmel, jiġġustifikaw tali trattament; dik il-ġustifikazzjoni għandha tiġi ddokumentata kif xieraq u soġġetta għal approvazzjoni interna dedikata u proċeduri tal-awditjar.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.