+Artikolu 229 Prinċipji ta' valwazzjoni għal kollateral eliġibbli għajr kollateral finanzjarju
---+Artikolu 229 1.
---+Artikolu 229 2.
---+Artikolu 229 3.
---+Artikolu 229 4.
|
Artikolu 229 Prinċipji ta' valwazzjoni għal kollateral eliġibbli għajr kollateral finanzjarju
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 229 1.
|
Il-valwazzjoni tal-proprjetà immobbli għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a)
il-valur jiġi stmat b'mod indipendenti mill-akkwiżizzjoni ipotekarja, mill-ipproċessar tas-self u mill-proċess tat-teħid ta' deċiżjoni dwar is-self ta' istituzzjoni minn valwatur indipendenti li jkollu l-kwalifiki, il-kapaċità u l-esperjenza meħtieġa biex iwettaq valwazzjoni;
(b)
il-valur jiġi stmat bl-użu ta' kriterji ta' valwazzjoni prudentement konservattivi li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(i)
il-valur jeskludi l-aspettattivi fuq iż-żidiet fil-prezzijiet;
(ii)
il-valur jiġi aġġustat biex iqis il-potenzjal li l-valur tas-suq attwali jkun ogħla b'mod sinifikanti mill-valur li jkun sostenibbli matul il-ħajja tas-self;
(c)
il-valur ikun dokumentat b'mod trasparenti u ċar;
(d)
il-valur ma jkunx ogħla minn valur tas-suq għall-proprjetà immobbli fejn jista' jiġi ddeterminat it-tali valur tas-suq;
(e)
meta l-proprjetà tiġi rivalutata, il-valur tal-proprjetà ma jaqbiżx il-valur medju mkejjel għal dik il-proprjetà, jew għal proprjetà komparabbli matul l-aħħar sitt snin għal proprjetà residenzjali jew tmien snin għal proprjetà immobbli kummerċjali jew il-valur fl-oriġinazzjoni, skont liema jkun l-ogħla.
Għall-fini tal-kalkolu tal-valur medju, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-medja tal-valuri tal-proprjetà osservati f'intervalli ugwali u l-perjodu ta' referenza għandu jinkludi mill-inqas tliet punti ta' data. Għall-fini li jiġi kkalkulat il-valur medju, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-valuri ta' proprjetà f'konformità mal-Artikolu 208(3). Il-valur tal-proprjetà jista' jaqbeż dak il-valur medju jew il-valur fl-oriġinazzjoni, kif applikabbli, f'każ ta' modifiki magħmula lill-proprjetà li jżidu b'mod inekwivoku l-valur tagħha, bħal titjib fil-prestazzjoni enerġetika jew titjib fir-reżiljenza, il-protezzjoni u l-adattament għar-riskji fiżiċi tal-bini jew tal-unità ta' akkomodazzjoni. Il-valur tal-proprjetà ma għandux jiġi rivalutat 'il fuq jekk l-istituzzjonijiet ma għandhomx biżżejjed data biex jikkalkulaw il-valur medju ħlief jekk iż-żieda tal-valur tkun ibbażata fuq modifiki li jżidu b'mod inekwivoku l-valur tagħha. Il-valwazzjoni ta' proprjetà immobbli għandha tqis kwalunkwe pretensjoni preċedenti fuq il-proprjetà, sakemm ma titqiesx pretensjoni preċedenti fil-kalkolu tal-ammont gross tal-iskopertura skont l-Artikolu 124(6), il-punt (c), jew bħala li tnaqqas l-ammont ta' 55 % tal-valur tal-proprjetà skont l-Artikolu 125(1) jew l-Artikolu 126(1), u tirrifletti, fejn applikabbli, ir-riżultati tal-monitoraġġ meħtieġ skont l-Artikolu 208(3).
|
|
Artikolu 229 2.
|
Għar-riċevibbli, il-valur tar-riċevibbli għandu jkun l-ammont riċevibbli.
|
|
Artikolu 229 3.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw il-kollateral fiżiku għajr il-proprjetà immobbli daqs il-valur tas-suq tiegħu. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-valur tas-suq huwa l-prezz stmat tal-proprjetà kieku kellha tinbiegħ fi transazzjoni distakkata bejn xerrej u bejjiegħ fid-data tal-valutazzjoni.
|
|
Artikolu 229 4.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji u l-fatturi li għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tat-terminu “proprjetà komparabbli”, kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (e). L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2027. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|