+Artikolu 236a Kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni skont l-approċċ ta' sostituzzjoni meta l-iskopertura garantita tiġi ttrattata skont l-Approċċ IRB bl-użu ta' stimi proprji tal-LGD u skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni tiġi ttrattata skont l-Approċċ IRB
---+Artikolu 236a 1.
---+Artikolu 236a 2.
---+Artikolu 236a 3.
---+Artikolu 236a 4.
---+Artikolu 236a 5.
|
Artikolu 236a Kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni skont l-approċċ ta' sostituzzjoni meta l-iskopertura garantita tiġi ttrattata skont l-Approċċ IRB bl-użu ta' stimi proprji tal-LGD u skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni tiġi ttrattata skont l-Approċċ IRB
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 236a 1.
|
Għal skopertura bi protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata li għaliha istituzzjoni tapplika l-Approċċ IRB stabbilit fil-Kapitolu 3 li tuża l-istimi proprji ta' LGD tagħha u meta skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni jiġu ttrattati skont l-Approċċ IRB stabbilit fil-Kapitolu 3, iżda mingħajr ma tuża l-istimi proprji ta' LGD tagħha, l-istituzzjoni għandha tiddetermina il-parti koperta tal-iskopertura bħala l-aktar baxx bejn il-valur tal-iskopertura (E) u l-valur aġġustat tal-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata (GA), ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 235a(1). L-istituzzjoni għandha tikkalkula l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju u l-ammont ta' telf mistenni għall-parti koperta tal-valur tal-iskopertura bl-użu tal-PD, tal-LGD u tal-istess funzjoni tal-piż tar-riskju bħal dawk użati għal skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, u, fejn applikabbli, għandha tuża l-maturità (M) relatata mal-iskopertura sottostanti, ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 162.
|
|
Artikolu 236a 2.
|
L-istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ IRB stabbilit fil-Kapitolu 3, iżda mingħajr ma jużaw l-istimi proprji ta' LGD tagħhom għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, għandhom jiddeterminaw l-LGD f'konformità mal-Artikolu 161(1). Għal skoperturi subordinati u għal protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata mhux subordinata, l-LGD li għandu jiġi applikat mill-istituzzjonijiet għall-parti koperta tal-valur tal-iskopertura għandu jkun l-LGD assoċjat ma' pretensjonijiet prijoritarji u l-istituzzjonijiet jistgħu jammontaw għal kwalunkwe protezzjoni ta' kreditu finanzjata li tiggarantixxi l-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata f'konformità ma' dan il-Kapitolu.
|
|
Artikolu 236a 3.
|
L-istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ IRB stabbilit fil-Kapitolu 3 billi jużaw l-istimi proprji ta' LGD tagħhom għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, għandhom jikkalkulaw il-piż tar-riskju u t-telf mistenni applikabbli għall-parti koperta tal-iskopertura sottostanti billi jużaw il-PD, l-LGD u l-istess funzjoni tal-piż tar-riskju bħal dawk użati għal skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, u, fejn applikabbli, għandhom jużaw il-maturità (M) relatata mal-iskopertura sottostanti, ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 162.
|
|
Artikolu 236a 4.
|
L-istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ IRB għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni billi jużaw il-metodu previst fl-Artikolu 153(5) għandhom jużaw il-piż tar-riskju u t-telf mistenni applikabbli għall-parti koperta tal-iskopertura li jikkorrispondu għal dawk previsti fl-Artikoli 153(5) u 158(6).
|
|
Artikolu 236a 5.
|
Għal kwalunkwe parti mhux koperta tal-valur tal-iskopertura (E), l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-piż tar-riskju u t-telf mistenni li jikkorrispondu għall-iskopertura sottostanti. Għall-kalkolu stabbilit fl-Artikolu 159, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kwalunkwe aġġustament ġenerali jew speċifiku għar-riskju ta' kreditu jew kwalunkwe aġġustament addizzjonali fil-valur f'konformità mal-Artikolu 34 b'rabta man-negozju tal-portafoll mhux tan-negozjar tal-istituzzjoni jew tnaqqis ieħor ta' fondi proprji b'rabta mal-iskopertura, għajr it-tnaqqis magħmul f'konformità mal-Artikolu 36(1), il-punt (m), għall-parti mhux koperta tal-valur tal-iskopertura.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|