+Artikolu 267 Il-ponderazzjoni tar-riskju massimu għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni superjuri: “approċċ ta’ trasparenza”
---+Artikolu 267 1.
---+Artikolu 267 2.
---+Artikolu 267 3.
---+Artikolu 267 4.
|
Artikolu 267 Il-ponderazzjoni tar-riskju massimu għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni superjuri: “approċċ ta’ trasparenza”
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 267 1.
|
Istituzzjoni li jkollha għarfien f’kull ħin tal-kompożizzjoni tal-iskoperturi sottostanti tista’ tassenja lill-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni superjuri ponderazzjoni ta’ riskju massimu ugwali għall-iskopertura tal-ponderazzjoni tar-riskju medju ponderat skont l-iskopertura li jkun applikabbli għall-iskoperturi sottostanti, daqs li kieku l-iskoperturi sottostanti ma jkunux ġew titolizzati.
|
|
Artikolu 267 2.
|
Fil-każ ta’ aggregazzjonijiet ta’ skoperturi sottostanti fejn l-istituzzjoni tuża esklussivament l-Approċċ Standardizzat jew l-Approċċ IRB, il-ponderazzjoni tar-riskju massimu tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni superjuri għandha tkun ugwali għall-ponderazzjoni tar-riskju medju ponderat skont l-iskopertura li tapplika għall-iskoperturi sottostanti skont il-Kapitolu 2 jew 3, rispettivament, bħallikieku dawn ma kinux ġew titolizzati. Fil-każ ta’ aggregazzjonijiet imħalltin, il-ponderazzjoni tar-riskju massimu jiġi kkalkolat kif ġej:
(a)
meta l-istituzzjoni tapplika s-SEC-IRBA, il-porzjon tal-Approċċ Standardizzat u l-porzjon tal-Approċċ IRB tal-aggregazzjoni sottostanti jiġu assenjati l-ponderazzjoni tar-riskju tal-Approċċ Standardizzat u l-ponderazzjoni tar-riskju tal-Approċċ IRB korrispondenti, rispettivament;
(b)
meta l-istituzzjoni tapplika s-SEC-SA jew is-SEC-ERBA, il-ponderazzjoni tar-riskju massimu għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni superjuri jkun ugwali għall-ponderazzjoni tar-riskju medju ponderat skont l-Approċċ Standardizzat tal-iskoperturi sottostanti.
|
|
Artikolu 267 3.
|
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-ponderazzjoni tar-riskju li jkun applikabbli fl-Approċċ IRB skont il-Kapitolu 3 jinkludi l-proporzjon ta’:
(a)
telf mistenni mmultiplikat bi 12,5
(b)
mal-valur tal-iskoperturi tal-iskoperturi sottostanti.
|
|
Artikolu 267 4.
|
Meta l-ponderazzjoni tar-riskju massimu kkalkolat skont il-paragrafu 1 jirriżulta f’piż ta’ riskju aktar baxx mill-piżijiet ta’ riskju minimi stabbiliti fl-Artikoli 259 sa 264, kif applikabbli, mela minflok għandu jintuża tal-ewwel.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|