+Artikolu 270 Pożizzjonijiet superjuri fit-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ
---+Artikolu 270 1.
---+Artikolu 270 2.
---+Artikolu 270 3.
---+Artikolu 270 4.
|
Artikolu 270 Pożizzjonijiet superjuri fit-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 270 1.
|
Istituzzjoni oriġinatriċi tista’ tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati skont ir-riskju ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni f’titolizzazzjoni STS fil-karta tal-bilanċ kif imsemmi fl-Artikolu 26a(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402 f’konformità mal-Artikoli 260, 262 jew 264 ta’ dan ir-Regolament, kif applikabbli, meta dik il-pożizzjoni tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
it-titolizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 243(2);
(b)
il-pożizzjoni tikkwalifika bħala l-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni superjuri.
|
|
Artikolu 270 2.
|
L-EBA għandha timmonitorja l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 b’mod partikolari fir-rigward ta’:
(a)
il-volum tas-suq u s-sehem mis-suq tat-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ li fir-rigward tagħhom l-istituzzjoni oriġinatriċi tapplika l-paragrafu 1, fil-klassijiet differenti ta’ assi;
(b)
l-allokazzjoni ta’ telf osservata għas-segment superjuri u għal segmenti oħra ta’ titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ, meta l-istituzzjoni oriġinatriċi tapplika l-paragrafu 1 fir-rigward tal-pożizzjoni superjuri miżmuma f’tali titolizzazzjonijiet;
(c)
l-impatt tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1 fuq l-ingranaġġ finanzjarju tal-istituzzjonijiet;
(d)
l-impatt tal-użu ta’ titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ li fir-rigward tagħhom l-istituzzjoni oriġinatriċi tapplika l-paragrafu 1 dwar il-ħruġ ta’ strumenti kapitali mill-istituzzjonijiet oriġinaturi rispettivi.
|
|
Artikolu 270 3.
|
L-EBA għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni sal-10 ta’ April 2023.
|
|
Artikolu 270 4.
|
Sal-10 ta’ Ottubru 2023 il-Kummissjoni għandha, abbażi tar-rapport msemmi fil-paragrafu 3, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu b’attenzjoni partikolari għar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv li jirriżulta permezz tal-użu ta’ titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ li jikkwalifikaw għat-trattament f’konformità mal-paragrafu 1, u għas-sostituzzjoni potenzjali tal-ħruġ ta’ strumenti kapitali minn istituzzjonijiet oriġinaturi, permezz ta’ tali użu. Dak ir-rapport għandu, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|