+Artikolu 279a Delta ta' superviżjoni
---+Artikolu 279a 1.
---+Artikolu 279a 2.
---+Artikolu 279a 3.
|
Artikolu 279a Delta ta' superviżjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 279a 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-delta ta' superviżjoni kif ġej:
▼M17
(a)
għal opzjonijiet ta' xiri u ta' put li jagħtu dritt lix-xerrej ta' opzjoni jixtri jew ibigħ strument sottostanti bi prezz pożittiv f'data waħda jew f'diversi dati fil-futur, ħlief meta dawk l-opzjonijiet huma kklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax jew fil-kategorija ta' riskju tal-komoditajiet, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula li ġejja:
▼M8
fejn:
|
δ
|
=
|
id-delta ta' superviżjoni;
|
|
sign
|
=
|
– 1 fejn it-tranżazzjoni hija opzjoni ta' call mibjugħa jew opzjoni ta' put mixtrija;
|
|
sign
|
=
|
+1 fejn it-tranżazzjoni hija opzjoni ta' call mixtrija jew opzjoni ta' put mibjugħa;
|
|
type
|
=
|
– 1 fejn it-tranżazzjoni hija opzjoni ta' put;
|
|
type
|
=
|
+ 1 fejn it-tranżazzjoni hija opzjoni ta' call;
|
|
N(x)
|
=
|
l-funzjoni kumulattiva ta' distribuzzjoni għal varjabbli aleatorju normali standard jiġifieri l-probabbiltà li varjabbli aleatorju normali b'medja ta' żero u b'varjanza ta' wieħed tkun inqas minn jew ugwali għal x;
|
|
P
|
=
|
il-prezz spot jew forward tal-istrument sottostanti tal-opzjoni; għal opzjonijiet il-flussi ta' flus taghħom li jiddependu fuq valur medju tal-prezz tal-istrument sottostanti, P għandu jkun daqs il-valur medju fid-data tal-kalkolu;
|
|
K
|
=
|
il-prezz tal-eżerċitar tal-opzjoni;
|
▼C8
|
T
|
=
|
il-perijodu bejn id-data tal-iskadenza tal-opzjoni (Texp) u d-data tal-irrappurtar; għal opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati f’data futura waħda biss, Texp hija ugwali għal dik id-data; għal opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati f’dati multipli futuri, Texp hija ugwali għall-aħħar waħda minn dawk id-dati; T għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol; u
|
▼M8
|
σ
|
=
|
il-volatilità superviżorja tal-opzjoni determinata skont it-Tabella 1 fuq il-bażi tal-kategorija tar-riskju tat-tranżazzjoni u n-natura tal-istrument sottostanti tal-opzjoni.
|
Tabella 1
|
Kategorija tar-riskju
|
Strument sottostanti
|
Volatilità superviżorja
|
|
Kambju
|
Kollha
|
15 %
|
|
Kreditu
|
Strument b'isem wieħed
|
100 %
|
|
Strument b'għadd ta' ismijiet
|
80 %
|
|
Ekwità
|
Strument b'isem wieħed
|
120 %
|
|
Strument b'għadd ta' ismijiet
|
75 %
|
|
Komodità
|
Elettriku
|
150 %
|
|
Komoditajiet oħrajn (eskluż l-elettriku)
|
70 %
|
|
Oħrajn
|
Kollha
|
150 %
|
Istituzzjonijiet li jużaw l-prezz forward tal-istrument sottostanti ta' opzjoni għandhom jiżguraw li:
(i)
il-prezz forward huwa konsistenti mal-karatteristiċi tal-opzjoni;
(ii)
il-prezz forward huwa kkalkulat permezz ta' rata tal-imgħax rilevanti li jkun hemm fid-data ta' rappurtar;
(iii)
il-prezz forward jintegra l-flussi ta' flus mistennija tal-istrument sottostanti qabel l-iskadenza tal-opzjoni;
(b)
fil-każ ta' segmenti ta' titolizzazzjonijiet sintetiċi u derivattiva ta' kreditu n-eżmu inadempjenti, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula li ġejja:
fejn:
|
sinjal =
|
|
+ 1 fejn il-protezzjoni tal-kreditu nkisbet permezz tat-tranżazzjoni
|
|
– 1 fejn il-protezzjoni tal-kreditu ġiet ipprovduta permezz tat-tranżazzjoni
|
|
A
|
=
|
il-punt ta' akkoppjament tas-segment; għal tranżazzjoni ta' derivattiva ta' kreditu n-eżmu inadempjenti abbażi tal-entitajiet ta' referenza k, A = (n – 1)/k; u
|
|
D
|
=
|
il-punt ta' distakkament tas-segment; għal tranżazzjoni ta' derivattiva ta' kreditu n-eżmu inadempjenti abbażi tal-entitajiet ta' referenza k, D = n/k;
|
(c)
fil-każ ta' tranżazzjonijiet mhux imsemmija fil-punt (a) jew (b), l-istituzzjonijiet għandhom jużaw id-delta ta' superviżjoni li ġejja:
|
δ =
|
|
+ 1 “jekk it-tranżazzjoni hija pożizzjoni twila f'motivatur tar-riskju primarju jew fl-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija”
|
|
– 1 “jekk it-tranżazzjoni hija pożizzjoni qasira f'motivatur tar-riskju primarju jew fl-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija”
|
|
|
Artikolu 279a 2.
|
Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, pożizzjoni twila f'motivatur tar-riskju primarju, jew fl-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3) tfisser li l-valur tas-suq tat-tranżazzjoni jiżdied meta jkun hemm żieda fil-valur ta' dak il-motivatur tar-riskju u pożizzjoni qasira fil-motivatur tar-riskju primarju jew fl-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3) tfisser li l-valur tas-suq tat-tranżazzjoni jonqos meta jkun hemm żieda fil-valur ta' dak il-motivatur tar-riskju.
|
|
Artikolu 279a 3.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
▼M17
(a)
f'konformità mal-iżviluppi regolatorji internazzjonali, il-formuli li l-istituzzjonijiet għandhom jużaw biex jikkalkulaw id-delta superviżjorja tal-opzjonijiet ta' xiri u put ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax jew fil-kategorija ta' riskju tal-komoditajiet kompatibbli mal-kundizzjonijiet tas-suq li fihom ir-rati tal-imgħax jew il-prezzijiet tal-komoditajiet jistgħu jkunu negattivi u l-volatilità superviżorja li hija adatta għal dawk il-formuli;
▼M8
(b)
il-metodu biex jiddeterminaw jekk tranżazzjoni hijiex pożizzjoni twila jew qasira fil-motivatur tar-riskju primarju jew fl-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3).
L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2025. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|