+Artikolu 282 Kalkolu tal-valur tal-iskopertura
---+Artikolu 282 1.
---+Artikolu 282 2.
---+Artikolu 282 3.
---+Artikolu 282 4.

Artikolu 282 Kalkolu tal-valur tal-iskopertura

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 282 1.
L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw valur tal-iskopertura uniku għat-tranżazzjonijiet kollha fi ftehim tan-netting kuntrattwali meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 274(1). Inkella, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw valur tal-iskopertura b'mod separat għal kull transazzjoni, li għandha tiġi ttrattata bħala s-sett tan-netting tagħha stess.
Artikolu 282 2.
Il-valur tal-iskopertura ta' sett tan-netting jew ta' transazzjoni għandu jkun il-prodott ta' 1,4 drabi s-somma tal-prezz tas-sostituzzjoni kurrenti u l-iskopertura futura potenzjali.
Artikolu 282 3.

Il-kost tas-sostituzzjoni kurrenti msemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

(a) 

għas-settijiet tan-netting ta' tranżazzjonijiet: li huma nnegozjati fuq borża rikonoxxuta; ikklerjati ċentralment minn kontroparti ċentrali awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew rikonoxxuta f'konformità mal-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament; jew li l-kollateral għalihom huwa skambjat bilateralment mal-kontroparti f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula li ġejja:

RC = TH + MTA

fejn:

RC

=

kost tas-sostituzzjoni;

TH

=

il-livell limitu ta' marġni applikabbli għas-sett tan-netting taħt il-ftehim ta' marġni taħt liema l-istituzzjoni ma tistax titlob kollateral; u

MTA

=

l-ammont minimu ta' trasferiment applikabbli għas-sett tan-netting taħt il-ftehim ta' marġni;

(b) 

għas-settijiet tan-netting l-oħrajn kollha jew it-tranżazzjonijiet individwali, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula li ġejja:

RC = max{CMV, 0}

fejn:

RC

=

kost tas-sostituzzjoni; u

CMV

=

valur tas-suq kurrenti.

Sabiex jikkalkulaw il-kost tas-sostituzzjoni kurrenti, l-istituzzjonijiet għandhom jaġġornaw il-valuri tas-suq kurrenti tal-inqas darba f'xahar.

Artikolu 282 4.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-iskopertura futura potenzjali msemmija fil-paragrafu 2 kif ġej:

(a) 

l-iskopertura futura potenzjali ta' sett tan-netting hija s-somma tal-iskopertura futura potenzjali tat-tranżazzjonijiet kollha inklużi fis-sett tan-netting, ikkalkulat f'konformità mal-punt (b);

(b) 

l-iskopertura futura potenzjali ta' tranżazzjoni waħda hija l-ammont nozzjonali tagħha multiplikat bi:

(i) 

il-prodott ta' 0.5 % u l-maturità residwa tat-tranżazzjoni espressa fi snin għall-kuntratti tad-derivattivi ta' rata tal-imgħax;

(ii) 

il-prodott ta' 6 % u l-maturità residwa tat-tranżazzjoni espressa fi snin għall-kuntratti tad-derivattivi ta' kreditu;

(iii) 

4 % għal derivattivi tal-kambju;

(iv) 

18 % għal derivattivi tad-deheb u tal-komoditajiet minbarra derivattivi tal-elettriku;

(v) 

40 % għal derivattivi tal-elettriku;

(vi) 

32 % għal derivattivi ta' ekwità;

(c) 

l-ammont nozzjonali msemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu għandu jiġi determinat f'konformità mal-Artikolu 279b(2) u (3) għad-derivattivi kollha elenkati f'dak il-punt; barra minn hekk, l-ammont nozzjonali tad-derivattivi msemmija fil-punti (b)(iii) sa (b)(vi) ta' dan il-paragrafu għandu jiġi determinat f'konformità mal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 279b(1);

(d) 

l-iskopertura futura potenzjali tas-settijiet tan-netting imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 għandha tiġi mmultiplikata b'0,42.

Għall-kalkolu tal-iskopertura potenzjali ta' derivattivi ta' rati tal-imgħax u derivattivi ta' kreditu f'konformità mal-punti b(i) u (b)(ii), istituzzjoni tista' tagħżel li tuża l-maturità oriġinali minflok il-maturità residwa tal-kuntratti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.