+Artikolu 285 1.

Artikolu 285 1.

Jekk is-sett ta' netting huwa soġġett għal ftehim dwar il-marġni u valutazzjoni ta' kuljum skont il-valur fis-suq, l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-EPE Effettiva kif stipulat f'dan il-paragrafu. Jekk il-mudell jaqbad l-effetti tal-marġinazzjoni meta tiġi stmata l-EE, l-istituzzjoni tista', soġġett għall-permess tal-awtorità kompetenti, tuża l-miżura tal-EE tal-mudell direttament fl-ekwazzjoni fl-Artikolu 284(5). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu tali permess biss jekk jivverifikaw li l-mudell jaqbad b'mod xieraq l-effetti tal-marġinazzjoni meta tiġi stmata l-EE. Istituzzjoni li ma rċevietx tali permess għandha tuża waħda mill-miżuri tal-EPE Effettiva li ġejjin:

(a) 

EPE Effettiva, ikkalkulata mingħajr ma jitqies l-ebda kollateral miżmum jew depożitat bħala marġni miżjuda bi kwalunkwe kollateral li kien depożitat għand il-kontroparti indipendentement mill-proċess ta' valutazzjoni u marġinazzjoni ta' kuljum jew l-iskopertura attwali;

(b) 

EPE Effettiva, ikkalkulata bħala ż-żieda potenzjali fl-iskopertura fil-perijodu b'riskju ta' marġni, flimkien mal-ikbar fost:

(i) 

l-iskopertura attwali inkluż il-kollateral kollu miżmum jew depożitat attwalment, għajr kollateral eżerċitat jew ikkontestat;

(ii) 

l-ikbar skopertura netta, inkluż kollateral taħt il-ftehim dwar il-marġni, li ma jattivax sejħa għal kollateral. Dan l-ammont għandu jirrefletti l-limiti applikabbli kollha, l-ammonti minimi ta' trasferiment, l-ammonti indipendenti u l-marġni inizjali taħt il-ftehim dwar il-marġni.

Għall-finijiet tal-punt (b), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw iż-żieda bħala l-varjazzjoni pożittiva mistennija tal-valur ipprezzat skont il-valur fis-suq tat-transazzjonijiet matul il-perijodu b'riskju ta' marġni. Varjazzjonijiet fil-valur tal-kollateral għandhom jiġu riflessi ►C2  bl-użu tal-Approċċ ta' Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità skont it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 4 jew ◄ l-istimi proprji tal-aġġustamenti għall-volatilità tal-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju, iżda l-ebda pagament ta’ kollateral ma għandu jiġi preżunt matul il-perijodu b'riskju ta' marġni. Il-perijodu b'riskju ta' marġni huwa soġġett għall-perijodi minimi stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.