+Artikolu 285 3.

Artikolu 285 3.

Il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 għandhom ikunu soġġetti għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a) 

għas-settijiet ta’ netting kollha fejn l-għadd ta' transazzjonijiet jaqbeż il-5 000 fi kwalunkwe punt matul trimestru, il-perijodu b'riskju ta' marġni għat-trimestru ta’ wara ma għandux ikun inqas minn 20 ġurnata ta’ xogħol. Din l-eċċezzjoni ma għandhiex tapplika għall-iskoperturi kummerċjali tal-istituzzjonijiet;

(b) 

għal settijiet ta' netting li fihom transazzjoni waħda jew aktar li jinvolvu jew kollateral illikwidu, jew derivat OTC li ma jistax jiġi sostitwit faċilment, il-perijodu b'riskju ta' marġni ma għandux ikun inqas minn 20 ġurnata ta’ xogħol.

Istituzzjoni għandha tiddetermina jekk kollateral huwiex illikwidu jew jekk id-derivati OTC jistgħux jiġu sostitwiti faċilment fil-kuntest ta’ kondizzjonijiet tas-suq taħt kriżi, karatterizzati mill-assenza tas-swieq kontinwament attivi fejn kontroparti, fi żmien jumejn jew inqas, tikseb diversi kwoti tal-prezz li ma jċaqalqux is-suq jew jirrappreżentaw prezz li jirrefletti skont tas-suq (fil-każ ta’ kollateral) jew primjum (fil-każ ta’ derivat OTC).

Istituzzjoni għandha tikkunsidra jekk it-transazzjonijiet jew it-titoli li żżomm bħala kollateral humiex konċentrati f’kontroparti partikolari u f'każ li dik il-kontroparti toħroġ mis-suq b’mod preċipituż, jekk l-istituzzjoni tkunx tista’ tissotitwixxi dawk it-transazzjonijiet jew titoli.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.