+Artikolu 288 Analiżi tas-sistema tal-ġestjoni tas-CCR

Artikolu 288 Analiżi tas-sistema tal-ġestjoni tas-CCR

Artikolu 288

Analiżi tas-sistema tal-ġestjoni tas-CCR

Istituzzjoni għandha twettaq analiżi indipendenti tas-sistema tal-ġestjoni tas-CCR tagħha b’mod regolari permezz tal-proċess intern ta’ verfika tagħha. Dik l-analiżi għandha tinkludi kemm l-attivitajiet tal-unitajiet ta’ kontroll u tal-ġestjoni tal-kollateral meħtieġa mill-Artikolu 287 u bħala minimu għandha tindirizza b’mod speċifiku:

(a) 

l-adegwadezza tad-dokumentazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tas-CCR u l-proċess meħtieġ mill-Artikolu 286;

(b) 

l-organizzazzjoni tal-unità ta’ kontroll tas-CCR meħtieġa mill-Artikolu 287(1)(a);

(c) 

l-organizzazzjoni tal-unità tal-ġestjoni tal-kollateral meħtieġa mill-Artikolu 287(1)(b);

(d) 

l-integrazzjoni tal-miżuri tas-CCR fil-ġestjoni ta' kuljum tar-riskji;

(e) 

il-proċess ta’ approvazzjoni għall-mudelli ta’ pprezzar tar-riskju u s-sistemi ta’ valutazzjoni użati mill-persunal fil-front office u fil-back office;

(f) 

il-validazzjoni ta’ kwalunkwe bidla sinifikanti fil-proċess tal-kalkolu tas-CCR;

(g) 

l-ambitu tas-CCR kopert mill-mudell tal-kalkolu tar-riskji;

(h) 

l-integrità tas-sistema ta’ informazzjoni ta' ġestjoni;

(i) 

il-preċiżjoni u l-kompletezza tad-data tas-CCR;

(j) 

l-użu korrett tat-termini legali fil-ftehimiet tal-kollateral u tan-netting fil-kalkoli tal-valur tal-iskopertura;

(k) 

il-verifika tal-konsistenza, il-prontezza u l-affidabbiltà tas-sorsi tad-data użati sabiex jiġu operati l-mudelli, inkluż l-indipendenza ta’ tali sorsi tad-data;

(l) 

il-preċiżjoni u l-idonjetà tas-suppożizzjonijiet tal-volatilità u tal-korrelazzjoni;

(m) 

il-preċiżjoni tal-valutazzjoni u tal-kalkoli tat-transformazzjoni tar-riskji;

(n) 

il-verifika tal-preċiżjoni tal-mudell permezz ta’ ttestjar retrospettiv frekwenti kif stabbilit fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 293(1);

(o) 

il-konformità tal-unità ta’ kontroll tas-CCR u l-unità tal-ġestjoni tal-kollateral mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.