+Artikolu 314 3.

Artikolu 314 3.

B'deroga mill-paragrafu 2, istituzzjoni prinċipali tal-UE tista', sal-31 ta' Diċembru 2027, titlob permess mis-superviżur tal-konsolidazzjoni tagħha sabiex tikkalkula il-komponent tal-imgħax, tal-kiri u tad-dividendi separati għal kwalunkwe waħda mill-istituzzjonijiet sussidjarji speċifiċi tagħha u sabiex iżżid l-eżitu ta' dak il-kalkolu mal-imgħax, il-kirjiet u l-komponent tad-dividendi kkalkulat, fuq bażi konsolidata, għall-entitajiet l-oħra tal-grupp meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-attivitajiet ta' servizzi bankarji għall-konsumatur jew kummerċjali tas-sussidjarji jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-attività tagħhom;

(b) 

proporzjon sinifikanti mill-attivitajiet ta' servizzi bankarji għall-konsumatur jew kummerċjali tas-sussidjarji jinkludu self assoċjat bi probabbiltà għolja ta' inadempjenza;

(c) 

l-użu tad-deroga jipprovdi bażi xierqa għall-kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE għar-riskju operazzjonali.

Ladarba jingħata, il-permess, u l-kundizzjonijiet tiegħu, għandhom jiġu vvalutati mill-ġdid mis-superviżur tal-konsolidazzjoni kull sentejn.

Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jinnotifika lill-EBA hekk kif tali permess jingħata, jiġi kkonfermat jew irtirat.

Sal-31 ta' Diċembru 2031, l-EBA għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-użu u l-adegwatezza tad-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu filwaqt li tqis, b'mod partikolari, il-mudelli ta' negozju speċifiċi kkonċernati u l-adegwatezza tar-rekwiżit relatat ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali. Fuq il-bażi ta' dak ir-rapport u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva sal-31 ta' Diċembru 2032.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.