+Artikolu 317 Sett ta'datadwar it-telf
---+Artikolu 317 1.
---+Artikolu 317 2.
---+Artikolu 317 3.
---+Artikolu 317 4.
---+Artikolu 317 5.
---+Artikolu 317 6.
---+Artikolu 317 7.
---+Artikolu 317 8.
---+Artikolu 317 9.
---+Artikolu 317 10.
|
Artikolu 317 Sett ta'datadwar it-telf
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 317 1.
|
L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw telf annwali mir-riskju operazzjonali f'konformità mal-Artikolu 316(1) għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi biex jistabbilixxu u jżommu aġġornat fuq bażi kontinwa sett ta' data dwar it-telf li jiġbor għal kull avveniment ta' riskju operazzjonali rreġistrat l-ammonti ta' telf gross, l-irkupri mhux tal-assigurazzjoni, l-irkupri tal-assigurazzjoni, id-dati ta' referenza u t-telf raggruppat, inkluż dawk minn avvenimenti ta' kondotta ħażina.
|
|
Artikolu 317 2.
|
Is-sett ta' data dwar it-telf tal-istituzzjoni għandu jkopri l-avvenimenti kollha ta' riskju operazzjonali li jirriżultaw mill-entitajiet kollha li huma parti mill-ambitu tal-konsolidazzjoni skont il-Parti Wieħed, it-Titolu II, il-Kapitolu 2.
|
|
Artikolu 317 3.
|
Għall-fini tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom:
(a)
jinkludu fis-sett tad-data dwar it-telf kull avveniment ta' riskju operazzjonali rreġistrat matul sena finanzjarja waħda jew aktar;
(b)
jużaw id-data tal-kontabilità għall-inklużjoni ta' telf relatat ma' avvenimenti ta' riskju operazzjonali fis-sett ta' data dwar it-telf;
(c)
jallokaw it-telf u l-irkupri relatati ma' avveniment ta' riskju operazzjonali komuni jew ma' avvenimenti ta' riskju operazzjonali relatati maż-żmien u inklużi fil-kontijiet tul diversi snin, għas-snin finanzjarji korrispondenti tas-sett ta' data dwar it-telf, f'konformità mat-trattament kontabilistiku tagħhom.
|
|
Artikolu 317 4.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiġbru wkoll:
(a)
informazzjoni dwar id-dati ta' referenza tal-avvenimenti ta' riskju operazzjonali, inkluż:
(i)
id-data meta seħħ jew beda l-avveniment ta' riskju operazzjonali (“data tal-okkorrenza”), fejn disponibbli;
(ii)
id-data li fiha l-istituzzjoni saret taf bl-avveniment ta' riskju operazzjonali (“data ta' skoperta”);
(iii)
id-data jew id-dati li fihom avveniment ta' riskju operazzjonali jirriżulta f'telf, jew ir-riżerva jew il-provvediment kontra telf, rikonoxxut fir-rapport tal-introjtu tal-istituzzjoni (“data tal-kontabilità”);
(b)
informazzjoni dwar kwalunkwe rkupru ta' ammonti ta' telf gross kif ukoll informazzjoni deskrittiva dwar il-fatturi jew il-kawżi tal-avvenimenti ta' telf.
Il-livell ta' dettall ta' kwalunkwe informazzjoni deskrittiva għandu jkun proporzjonat mad-daqs tal-ammont ta' telf gross.
|
|
Artikolu 317 5.
|
Istituzzjoni ma għandhiex tinkludi fis-sett ta' data dwar it-telf avvenimenti ta' riskju operazzjonali relatati mar-riskju ta' kreditu li jitqiesu fl-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju għar-riskju ta' kreditu. L-avvenimenti tar-riskju operazzjonali li jirrigwardjaw ir-riskju ta' kreditu iżda li ma jiġux ikkunsidrati fl-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju għar-riskju ta' kreditu għandhom jiġu inklużi fis-sett ta' data dwar it-telf.
|
|
Artikolu 317 6.
|
L-avvenimenti ta' riskju operazzjonali relatati mar-riskju tas-suq għandhom jiġu ttrattati bħala riskju operazzjonali u għandhom jiġu inklużi fis-sett ta' data dwar it-telf.
|
|
Artikolu 317 7.
|
Istituzzjoni għandha, fuq talba tal-awtorità kompetenti, tkun tista' tidentifika d-data storika interna tagħha dwar it-telf għat-tip ta' avveniment.
|
|
Artikolu 317 8.
|
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw is-solidità, ir-robustezza u l-prestazzjoni tas-sistemi u l-infrastruttura tal-IT tagħhom neċessarji biex jinżamm u jiġi aġġornat is-sett ta' data dwar it-telf, b'mod partikolari billi jiġi żgurat dan kollu li ġej:
(a)
is-sistemi u l-infrastruttura tal-IT tagħhom ikunu solidi u reżiljenti u li s-solidità u r-reżiljenza jkunu jistgħu jiġu mantnuti fuq bażi kontinwa;
(b)
is-sistemi u l-infrastruttura tal-IT tagħhom huma soġġetti għall-ġestjoni tal-konfigurazzjoni, il-ġestjoni tat-tibdil u l-proċessi tal-ġestjoni tar-rilaxx;
(c)
meta istituzzjoni testernalizza partijiet mill-manutenzjoni tas-sistema u l-infrastruttura tal-IT tagħha, is-solidità, ir-robustezza u l-prestazzjoni tas-sistema u tal-infrastruttura tal-IT ikunu żgurati billi jiġi kkonfermat tal-anqas dan li ġej:
(i)
is-sistemi u l-infrastruttura tal-IT tagħha jkunu solidi u reżiljenti u li s-solidità u r-reżiljenza jkunu jistgħu jiġu mantnuti fuq bażi kontinwa;
(ii)
il-proċess għall-ippjanar, għall-ħolqien, għall-ittestjar u għall-varar tas-sistemi u tal-infrastruttura tal-IT jkunu solidi u xierqa b'referenza għall-immaniġġjar tal-proġett, għall-immaniġġjar tar-riskju, għall-governanza, għall-inġinerija, għall-assigurazzjoni tal-kwalità u għall-ippjanar tat-testijiet, għall-immudellar u għall-iżvilupp tas-sistemi, għall-assigurazzjoni tal-kwalità fl-attivitajiet kollha, inkluż ir-rieżamijiet tal-kodiċi u, fejn xieraq, fil-verifika tal-kodiċi, u fl-ittestjar, inkluż fl-aċċettazzjoni tal-utenti;
(iii)
is-sistemi u l-infrastruttura tal-IT huma soġġetti għall-ġestjoni tal-konfigurazzjoni, il-ġestjoni tat-tibdil u l-proċessi tal-ġestjoni tar-rilaxx;
(iv)
il-proċess għall-ippjanar, il-ħolqien, għall-ittestjar u għall-varar tas-sistemi u tal-infrastruttura tal-IT u l-pjanijiet ta' kontinġenza huwa approvat mill-korp maniġerjali jew mill-maniġment superjuri u l-korp maniġerjali u l-maniġment superjuri jiġu infurmati perjodikament dwar il-prestazzjoni tas-sistemi u l-infrastruttura tal-IT.
|
|
Artikolu 317 9.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 7, l-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu tassonomija tar-riskju fuq ir-riskju operazzjonali li jikkonformaw ma' standards internazzjonali u metodoloġija biex tikklassifika l-avvenimenti ta' telf inklużi fis-sett ta' data dwar it-telf fuq il-bażi ta' dik it-tassonomija tar-riskju fuq ir-riskju operazzjonali. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2026. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 317 10.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 8, l-EBA għandha tiżviluppa linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jispjegaw l-elementi tekniċi neċessarji sabiex tiżgura s-solidità, ir-robustezza u l-prestazzjoni tal-arranġamenti ta' governanza biex jinżamm is-sett ta' data dwar it-telf, b'enfasi partikolari fuq is-sistemi u l-infrastrutturi tal-IT.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|