+Artikolu 325e Komponenti tal-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet
---+Artikolu 325e 1.
---+Artikolu 325e 2.
---+Artikolu 325e 3.

Artikolu 325e Komponenti tal-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325e 1.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq skont il-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet bl-aggregazzjoni tat-tliet tipi li ġejjin ta' rekwiżiti ta' fondi proprji f'konformità mal-Artikolu 325h:

(a) 

rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju delta li jaqbdu r-riskju ta' bidliet fil-valur ta' strument minħabba l-movimenti fil-fatturi ta' riskju relatati man-non-volatilità tiegħu;

(b) 

rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju vega li jaqbdu r-riskju ta' bidliet fil-valur ta' strument minħabba l-movimenti fil-fatturi ta' riskju relatati mal-volatilità tiegħu;

(c) 

rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju kurvatura li jaqbdu r-riskju ta' bidliet fil-valur ta' strument minħabba l-movimenti fil-fatturi ta' riskju ewlenin mhux relatati mal-volatilità li mhumiex koperti mir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju delta.

Artikolu 325e 2.

Għall-fini tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1,

▼M12

(a) 

il-pożizzjonijiet kollha tal-istrumenti b’opzjonalità għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 għar-riskji li mhumiex sottostanti eżotiċi tal-istrumenti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 325u(2);

(b) 

il-pożizzjonijiet kollha tal-istrumenti mingħajr opzjonalità għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għar-riskji li mhumiex sottostanti eżotiċi tal-istrumenti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 325u(2).

▼M8

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, strumenti b'opzjonalità jinkludu, fost l-oħrajn: opzjonijiet, opzjonijiet put, limiti massimi, limiti minimi, opzjonijiet swap, opzjonijiet ta' barriera u opzjonijiet eżotiċi. L-opzjonijiet integrati, bħal prepagamenti jew opzjonijiet attitudinali, għandhom jiġu kkunsidrati bħala opzjonijiet awtonomi għall-fini li jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq.

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, l-istrumenti li l-flussi ta' flus tagħhom jistgħu jiġu vvalutati bħala funzjoni lineari tal-ammont nozzjonali ta' sottostanti għandhom jiġu kkunsidrati bħala strumenti mingħajr dritt ta' għażla.

Artikolu 325e 3.
Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 2, istituzzjoni tista’ tagħżel li tissoġġetta l-pożizzjonijiet kollha tal-istrumenti mingħajr opzjonalità għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji msemmija fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1.

Istituzzjoni li tagħżel li tadotta l-approċċ stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandha tinnotifika b’dan lill-awtorità kompetenti tagħha minn tal-anqas tliet xhur qabel ma tadottah għall-ewwel darba. Wara li dawk it-tliet xhur ikunu għaddew u dment li l-awtorità kompetenti ma tkunx oġġezzjonat, l-istituzzjoni tista’ tadotta dak l-approċċ sa meta l-awtorità kompetenti tinforma lill-istituzzjoni li dak l-approċċ ma jkunx għadu permess.

Istituzzjoni li tkun tixtieq tieqaf tuża l-approċċ stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandha tinnotifika b’dan lill-awtorità kompetenti tagħha minn tal-anqas tliet xhur qabel ma tieqaf tużah. L-istituzzjoni tista’ tieqaf tapplika dak l-approċċ, sakemm l-awtorità kompetenti ma tkunx oġġezzjonat f’dak il-perjodu ta’ tliet xhur.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.