+Artikolu 325q Fatturi ta' riskju tal-kambju
---+Artikolu 325q 1.
---+Artikolu 325q 2.
---+Artikolu 325q 3.
---+Artikolu 325q 4.
---+Artikolu 325q 5.
---+Artikolu 325q 6.
---+Artikolu 325q 7.

Artikolu 325q Fatturi ta' riskju tal-kambju

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325q 1.
Il-fatturi tar-riskju delta tal-kambju li jridu jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għall-istrumenti sensittivi għall-kambju għandhom ikunu r-rati tal-kambju spot kollha bejn il-munita li fiha huwa ddenominat l-istrument u l-munita tar-rappurtar tal-istituzzjoni jew il-munita bażi tal-istituzzjoni fil-każijiet li fihom l-istituzzjoni tkun qed tuża munita bażi f’konformità mal-paragrafu 7. Għandu jkun hemm bucket wieħed għal kull sett ta’ muniti akkoppjati, li jkun jinkludi fattur ta’ riskju uniku u sensittività netta unika.
Artikolu 325q 2.
Il-fatturi vega ta' riskju tal-kambju li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal drittijiet b'sottostanti li huma sensittivi għall-kambju għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tar-rati tal-kambju bejn il-muniti akkoppjati. Dawk il-volatilitajiet implikati għandhom jiġu kklassifikati għal dawn il-maturitajiet li ġejjin f'konformità mal-maturitajiet tad-drittijiet korrispondenti soġġetti għar-rekwiżiti ta' fondi proprji: 0,5 ta' sena, sena (1), 3 snin, 5 snin u 10 snin.
Artikolu 325q 3.
Il-fatturi ta’ riskju ta’ kurvatura tal-kambju li jridu jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għall-istrumenti b’sottostanti li huma sensittivi għall-kambju għandhom ikunu l-fatturi ta’ riskju delta tal-kambju msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 325q 4.
L-istituzzjonijiet m'għandhomx jintalbu jiddistingwu bejn varjanti onshore u offshore ta' munita għall-fatturi kollha ta' riskju delta, vega u ta' kurvatura tal-kambju.
Artikolu 325q 5.
Meta rata tal-kambju li tkun il-varjabbli sottostanti ta’ strument i li jkun soġġett għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kurvatura la tkun tirreferi għall-munita tar-rapportar tal-istituzzjoni u lanqas għall-munita bażi tal-istituzzjoni, l-istituzzjoni tista’ tiddividi l-komponenti korrispondentiimageb’1,5 u image stabbiliti fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 325g fejn xk huwa l-fattur ta’ riskju tal-kambju bejn wieħed miż-żewġ muniti tas-sottostanti u l-munita tar-rapportar tal-istituzzjoni jew il-munita bażi tal-istituzzjoni, kif applikabbli.
Artikolu 325q 6.
Bil-permess mingħand l-awtorità kompetenti tagħha, istituzzjoni tista’ tiddividi, b’1,5 %, il-komponenti imageu image stabbiliti fl-Artikolu 325g(2) b’mod konsistenti għall-fatturi tar-riskju tal-kambju kollha tal-istrumenti li jirrigwardaw il-kambju u soġġetti għar-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kurvatura, dment li ċ-ċaqliq ikun applikat b’mod simultanju għall-fatturi ta’ riskju tal-kambju kollha bbażati fuq il-munita tar-rapportar tal-istituzzjoni jew il-munita bażi tal-istituzzjoni, skont kif applikabbli, li jkunu inklużi fl-ikkalkular ta’ dawk il-komponenti.
Artikolu 325q 7.

Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 3, istituzzjoni tista’ tissostitwixxi, bil-permess mingħand l-awtorità kompetenti tagħha, il-munita tar-rapportar tagħha b’munita oħra (“il-munita bażi”) fir-rati kollha tal-kambju spot biex tesprimi l-fatturi ta’ riskju delta u ta’ kurvatura tal-kambju fejn dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a) 

l-istituzzjoni tuża biss munita bażi waħda;

(b) 

l-istituzzjoni tapplika l-munita bażi b’mod konsistenti għall-pożizzjonijiet kollha tagħha fil-portafoll tan-negozjar u mhux tan-negozjar;

(c) 

l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti tagħha li:

(i) 

l-użu tal-munita bażi magħżula jipprovdi rappreżentazzjoni xierqa tar-riskju għall-pożizzjonijiet tal-istituzzjonijiet soġġetti għar-riskji tal-kambju;

(ii) 

l-għażla tal-munita bażi hija kompatibbli mal-mod kif l-istituzzjoni timmaniġġja dawk ir-riskji tal-kambju internament;

(iii) 

l-għażla tal-munita bażi mhijiex motivata primarjament mix-xewqa li jitnaqqsu r-rekwiżiti ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni;

(d) 

l-istituzzjoni tqis ir-riskju marbut mal-qlib mill-munita tar-rapportar għall-munita bażi.

Istituzzjoni li tkun ingħatat il-permess li tuża munita bażi kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandha tikkonverti r-rekwiżit ta’ fondi proprji li jirriżulta għar-riskju tal-kambju fil-munita ta’ rapportar billi tuża r-rata tal-kambju spot prevalenti bejn il-munita bażi u l-munita tar-rapportar.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.