+Artikolu 325v Definizzjonijiet u dispożizzjonijiet ġenerali
---+Artikolu 325v 1.
---+Artikolu 325v 2.
---+Artikolu 325v 3.

Artikolu 325v Definizzjonijiet u dispożizzjonijiet ġenerali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325v 1.

Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“skopertura qasira” tfisser li l-inadempjenza ta' emittent jew grupp ta' emittenti twassal għal gwadann għall-istituzzjoni, irrispettivament mit-tip ta' strument jew tranżazzjoni li toħloq l-iskopertura;

(b) 

“skopertura twila” tfisser li l-inadempjenza ta' emittent jew grupp ta' emittenti twassal għal telf għall-istituzzjoni, irrispettivament mit-tip ta' strument jew tranżazzjoni li toħloq l-iskopertura;

(c) 

“l-ammont gross ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija (gross JTD)” tfisser id-daqs stmat tat-telf jew tal-profitt li l-inadempjenza tal-obbligant tipproduċi għal skopertura speċifika;

(d) 

“l-ammont nett ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija (JTD net)” tfisser id-daqs stmat tat-telf jew tal-profitt li ġġarrab istituzzjoni minħabba l-inadempjenza ta' obbligant, wara li tkun saret it-tpaċija bejn l-ammonti grossi ta' JTD,

(e) 

“telf fil-każ ta' inadempjenza” jew “LGD” huwa t-telf fil-każ ta' inadempjenza tal-obbligant fuq strument maħruġ minn dan l-obbligant espress bħala ammont nozzjonali tal-istrument;

(f) 

“piż tar-riskju ta' inadempjenza” tfisser il-perċentwal li jirrappreżenta l-probabbiltà stmati tal-inadempjenza ta' kull obbligant, f'konformità mal-affidabbiltà kreditizja ta' dak l-obbligant.

Artikolu 325v 2.
Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għandhom japplikaw għal strumenti tad-dejn u tal-ekwità, għal strumenti derivattivi li jkollhom dawk l-istrumenti bħala sottostanti u għal derivattivi, li l-gwadanji jew il-valuri ġusti tagħhom huma affettwati mill-inadempjenza ta' obbligant għajr il-kontroparti għall-istrument derivattiv innifsu. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' riskju ta' inadempjenza b'mod separat għal kull wieħed mit-tipi ta' strumenti li ġejjin: nontitolizzazzjonijiet, titolizzazzjonijiet li ma humiex inklużi fil-ACTP u titolizzazzjonijiet li huma inklużi fil-ACTP. Ir-rekwiżiti finali ta' fondi proprji sabiex ir-riskju ta' inadempjenza jiġi applikat mill-istituzzjoni għandhom ikunu s-somma ta' dawk it-tliet komponenti.
Artikolu 325v 3.
Għal derivattivi ta' kreditu u tal-ekwità mhux ta' titolizzazzjoni nnegozjati, l-ammonti tal-JTD skont il-kostitwenti individwali għandhom jiġu ddeterminati bl-applikazzjoni ta' approċċ ta' trasparenza.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.