+Artikolu 325az Approċċ mudell intern alternattiv u permess għall-użu ta' mudelli interni alternattivi
---+Artikolu 325az 1.
---+Artikolu 325az 2.
---+Artikolu 325az 3.
---+Artikolu 325az 4.
---+Artikolu 325az 5.
---+Artikolu 325az 6.
---+Artikolu 325az 7.
---+Artikolu 325az 8.
---+Artikolu 325az 9.
---+Artikolu 325az 10.

Artikolu 325az Approċċ mudell intern alternattiv u permess għall-użu ta' mudelli interni alternattivi

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325az 1.
L-approċċ tal-mudell intern alternattiv jista' jintuża minn istituzzjoni sabiex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħha għar-riskju tas-suq, dment li l-istituzzjoni tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti f'dan il-Kapitolu.
Artikolu 325az 2.

Wara li tiġi vverifikata l-konformità tal-istituzzjonijiet mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 325bh, 325bi u 325bj, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu permess lil dawk l-istituzzjonijiet biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti tagħhom ta' fondi proprji għall-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha assenjati lill-postijiet tan-negozjar billi jużaw il-mudelli interni alternattivi tagħhom skont l-Artikolu 325ba, sakemm jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a) 

il-postijiet tan-negozjar ġew stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 104b;

(b) 

l-istituzzjoni pprovdiet lill-awtorità kompetenti b'raġunament għall-inklużjoni tal-postijiet tan-negozjar fl-ambitu tal-approċċ mudell intern alternattiv.

▼M17

(c) 

il-postijiet tan-negozjar ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv imsemmija fl-Artikolu 325bf(3);

(d) 

il-postijiet tan-negozjar ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf (“attribuzzjoni P&L”) imsemmija fl-Artikolu 325bg;

▼M8

(e) 

għall-postijiet tan-negozjar li ġew assenjati mill-inqas waħda mill-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar imsemmija fl-Artikolu 325bl, il-postijiet tan-negozjar jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 325bm għall-mudell intern tar-riskju ta' inadempjenza;

(f) 

ebda pożizzjoni ta' titolizzazzjoni jew rititolizzazzjoni ma ġiet assenjata lill-postijiet tan-negozjar;

▼M17

(g) 

ma tkun ġiet assenjata l-ebda pożizzjoni fis-CIUs li tissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 104(8), il-punt (b), lill-postijiet tan-negozjar.

▼M8

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, in-nuqqas ta' inklużjoni tal-post tan-negozjar fl-ambitu tal-approċċ mudell intern alternattiv m'għandux ikun motivat mill-fatt li r-rekwiżit ta' fondi proprji kkalkulat skont l-approċċ standardizzat alternattiv stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 325(3) ikun inqas mir-rekwiżit ta' fondi proprji kkalkulat skont l-approċċ mudell intern alternattiv;

Artikolu 325az 3.
L-istituzzjonijiet li jkunu ngħataw il-permess biex jużaw l-approċċ tal-mudell intern alternattiv għandhom jissodisfaw ukoll ir-rekwiżit ta' rapportar stabbilit fl-Artikolu 325(3).
Artikolu 325az 4.
Istituzzjoni li tkun ingħatat il-permess imsemmi fil-paragrafu 2 għandha immedjatament tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tagħha li wieħed mill-postijiet tan-negozjar tagħha ma għadux jissodisfa mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti f'dak il-paragrafu. Dik l-istituzzjoni m'għandhiex iktar titħalla tapplika dan il-Kapitolu għall-ebda waħda mill-pożizzjonijiet assenjati għal dak il-post tan-negozjar u għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformità mal-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 1a għall-pożizzjonijiet kollha assenjati għal dak il-post tan-negozjar mill-iktar data tar-rappurtar kmieni u sakemm l-istituzzjoni turi lill-awtoritajiet kompetenti li l-post tan-negozjar jissodisfa mill-ġdid ir-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-paragrafu 2.
Artikolu 325az 5.
B'deroga mill-paragrafu 4, f'ċirkostanzi straordinarji l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lil istituzzjoni tkompli tuża l-mudelli interni alternattivi tagħha għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' post tan-negozjar li ma jkunx għadu jissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 325bg(1). Meta l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw dik id-diskrezzjoni, għandhom jinnotifikaw lill-ABE u jissostanzjaw id-deċiżjoni tagħhom.
Artikolu 325az 6.
Għal pożizzjonijiet assenjati għall-postijiet tan-negozjar li għalihom istituzzjoni ma tkunx ingħatat permess kif imsemmi fil-paragrafu 2, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għandhom jiġu kkalkulati minn dik l-istituzzjoni f'konformità mal-Kapitolu 1a ta' dan it-Titolu. Għall-finijiet ta' dak il-kalkolu, dawk il-pożizzjonijiet kollha għandhom jitqiesu fuq bażi awtonoma bħala portafoll separat.
Artikolu 325az 7.
Bidliet materjali fl-użu ta' mudelli interni alternattivi li l-istituzzjoni tkun irċeviet permess li tuża, l-estensjoni tal-użu ta' mudelli interni alternattivi li l-istituzzjoni tkun irċeviet permess li tuża, u bidliet materjali fl-għażla mill-istituzzjoni tas-subsett tal-fatturi ta' riskju mudellabbli msemmija fl-Artikolu 325bc(2), għandhom jeħtieġu permess separat mill-awtoritajiet kompetenti tagħha.

L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-estensjonijiet u l-bidliet l-oħra kollha fl-użu tal-mudelli interni alternattivi li għalihom l-istituzzjoni tkun irċeviet permess.

Artikolu 325az 8.

L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a) 

il-kondizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-estensjonijiet u l-bidliet fl-użu ta' mudelli interni alternattivi u bidliet fis-subsett tal-fatturi ta' riskju mudellabbli msemmija fl-Artikolu 325bc;

▼M17

(b) 

il-metodoloġija ta' valutazzjoni li biha l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw il-konformità ta' istituzzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

▼M8

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2024.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 325az 9.
L-EBA għandha toħroġ opinjoni dwar jekk seħħewx ċirkostanzi straordinarji kif imsemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 325bf(6), it-tieni subparagrafu.

Għall-fini tal-għoti ta' dik l-opinjoni, l-EBA għandha timmonitorja l-kundizzjonijiet tas-suq sabiex tivvaluta jekk seħħewx ċirkostanzi straordinarji u, jekk dak ikun il-każ, għandha tinnotifika lill-Kummissjoni minnufih.

Artikolu 325az 10.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet u l-indikaturi li l-EBA għandha tuża biex tiddetermina jekk seħħewx ċirkostanzi straordinarji.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2024.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.