+Artikolu 325bp Rekwiżiti partikolari għal mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza
---+Artikolu 325bp 1.
---+Artikolu 325bp 2.
---+Artikolu 325bp 3.
---+Artikolu 325bp 4.
---+Artikolu 325bp 5.
---+Artikolu 325bp 6.
---+Artikolu 325bp 7.
---+Artikolu 325bp 8.
---+Artikolu 325bp 9.
---+Artikolu 325bp 10.
---+Artikolu 325bp 11.
---+Artikolu 325bp 12.

Artikolu 325bp Rekwiżiti partikolari għal mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325bp 1.
Il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza msemmi fl-Artikolu 325bm(1) għandu jkun kapaċi jimmudella l-inadempjenza ta' emittenti individwali kif ukoll l-inadempjenza simultanja ta' emittenti multipli, u għandu jikkunsidra l-impatt ta' dawk l-inadempjenzi fil-valuri tas-suq tal-pożizzjonijiet li huma inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dak il-mudell. Għal dak il-għan, l-inadempjenza ta' kull emittent individwali għandha tiġi mmudellata bl-użu ta' żewġ tipi ta' fatturi ta' riskju sistematiku.
Artikolu 325bp 2.
Il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza għandu jirrifletti ċ-ċiklu ekonomiku, inkluż id-dipendenza bejn ir-rati ta' rkupru u l-fatturi ta' riskju sistematiku msemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 325bp 3.
Il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza għandu jirrifletti l-impatt nonlineari ta' opzjonijiet u pożizzjonijiet oħra b'imġiba nonlineari materjali fir-rigward tal-bidliet fil-prezzijiet. L-istituzzjonijiet għandhom jagħtu kunsiderazzjoni adatta lill-ammont ta' riskju tal-mudell inerenti fil-valutazzjoni u l-istima tar-riskji tal-prezzijiet assoċjati ma' dawk il-prodotti.
Artikolu 325bp 4.
Il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza għandu jkun ibbażat fuq data li tkun oġġettiva u aġġornata.
Artikolu 325bp 5.

Biex tiġi simulata l-inadempjenza tal-emittenti fil-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza, l-istimi tal-istituzzjoni tal-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

▼M17

(a) 

il-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandu jkollhom minimu ta' 0,01  % għal skoperturi li għalihom jiġi applikat piż tar-riskju ta' 0 % f'konformità mal-Artikoli 114 sa 118 u ta' 0,01  % għal bonds koperti li għalihom jiġi applikat piż tar-riskju ta' 10 % f'konformità mal-Artikolu 129; inkella, il-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandu jkollhom minimu ta' 0,03  %;

▼M8

(b) 

il-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandhom ikunu bbażati fuq perijodu ta' żmien ta' sena, sakemm mhux iddikjarat mod ieħor f'din it-Taqsima;

(c) 

il-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandhom jitkejlu bl-użu, waħidha jew flimkien mal-prezzijiet tas-suq attwali, id-data osservata matul perijodu storiku ta' mill-inqas ħames snin u tnaqqis estrem fil-prezzijiet tas-suq ekwivalenti għal avvenimenti ta' inadempjenzata' inadempjenzi reali li ġraw fil-passat; il-probabbiltajiet ta' inadempjenza m'għandhomx ikunu implikati biss mill-prezzijiet tas-suq attwali.

▼M17

(d) 

istituzzjoni li tkun ingħatat permess biex tistma l-probabbiltajiet ta' inadempjenza f'konformità mat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II għall-klassi tal-iskoperturi u għas-sistema ta' klassifikazzjoni korrispondenti għal emittent partikolari għandha tuża l-metodoloġija stabbilita hemm sabiex tikkalkula l-probabbiltajiet ta' inadempjenza ta' dak l-emittent, dment li d-data għal tali stima tkun disponibbli;

(e) 

istituzzjoni li ma tkunx ingħatat permess sabiex tistma l-probabbiltajiet ta' inadempjenza msemmija fil-punt (d) għandha tiżviluppa metodoloġija interna jew tuża sorsi esterni sabiex tistma dawn il-probabbiltajiet ta' inadempjenza b'mod konsistenti mar-rekwiżiti applikabbli għall-istimi tal-probabbiltà ta' inadempjenza skont dan l-Artikolu.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (d), id-data sabiex jiġu stimati l-probabbiltajiet ta' inadempjenza ta' emittent partikolari ta' pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar tkun disponibbli meta, fid-data tal-kalkolu, l-istituzzjoni jkollha pożizzjoni tal-portafoll mhux tan-negozjar fuq l-istess debitur li għaliha tistma l-probabbiltajiet ta' inadempjenza f'konformità mat-Titolu II, il-Kapitolu 3, it-Taqsima 1 sabiex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħha stabbiliti f'dak il-Kapitolu.

Artikolu 325bp 6.

Biex tiġi simulata l-inadempjenza tal-emittenti fil-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza, l-istimi tal-istituzzjoni tat-telf fil-każ ta' inadempjenza għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

l-istimi tat-telf fil-każ ta' inadempjenza għandhom minimu ta' 0 %;

(b) 

l-istimi tat-telf fil-każ ta' inadempjenza għandhom jirriflettu s-superjorità ta' kull pożizzjoni;

▼M17

(c) 

istituzzjoni li tkun ingħatat permess biex tistma l-LGD f'konformità mat-Titolu II, il-Kapitolu 3, it-Taqsima 1, għall-klassi tal-iskoperturi u għas-sistema ta' klassifikazzjoni korrispondenti għal skopertura partikolari għandha tuża l-metodoloġija stabbilita hemm sabiex tikkalkula l-istimi tal-LGD ta' dak l-emittent, dment li d-data għal tali stima tkun disponibbli;

(d) 

istituzzjoni li ma tkunx ingħatat permess sabiex tistma l-LGD msemmi fil-punt (c) għandha tiżviluppa metodoloġija interna jew tuża sorsi esterni sabiex tistma l-LGD b'mod konsistenti mar-rekwiżiti li japplikaw għall-istimi tal-LGD skont dan l-Artikolu.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), id-data sabiex jiġi stimat l-LGD ta' emittent partikolari ta' pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar tkun disponibbli meta, fid-data tal-kalkolu, l-istituzzjoni jkollha pożizzjoni tal-portafoll mhux tan-negozjar fuq l-istess skopertura li għaliha tistma l-LGD f'konformità mat-Titolu II, il-Kapitolu 3, it-Taqsima 1 sabiex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħha stabbiliti f'dak il-Kapitolu.

Artikolu 325bp 7.

Bħala parti mill-analiżi u l-validazzjoni indipendenti tal-mudelli interni li jużaw għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, inkluż is-sistema tal-kalkolu tar-riskji, l-istituzzjonijiet għandhom:

(a) 

jivverifikaw li l-approċċ tagħhom għall-immudellar ta' korrelazzjonijiet u bidliet fil-prezzijiet ikun adatt għall-portafoll tagħhom, inkluż l-għażla u l-piżijiet tal-fatturi sistematiċi tar-riskju fil-mudell;

(b) 

iwettqu varjetà ta' testijiet tal-istress, fosthom analiżi tas-sensittività u analiżi tax-xenarji, biex jivvalutaw ir-raġonevolezza kwalitattiva u kwantitattiva tal-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza, b'mod partikolari fir-rigward tat-trattament tal-konċentrazzjonijiet.; u

(c) 

tapplika validazzjoni kwantitattiva adatta li tinkludi punti ta' riferiment interni rilevanti ta' mudellar.

It-testijiet imsemmija fil-punt (b) ma għandhomx ikunu limitati għall-firxa ta' avvenimenti passati esperjenzati.

Artikolu 325bp 8.
Il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza għandu jirrifletti kif adatt il-konċentrazzjonijiet tal-emittent u l-konċentrazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu fi ħdan u bejn klassijiet ta' prodotti taħt kondizzjonijiet ta' stress.
Artikolu 325bp 9.
Il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza għandu jkun konsistenti mal-metodoloġiji interni tal-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni għall-identifikazzjoni, il-kalkolu u l-ġestjoni tar-riskji tan-negozju.
Artikolu 325bp 10.
L-istituzzjonijiet għandu jkollhom politiki u proċeduri definiti b'mod ċar biex jiddeterminaw is-suppożizzjonijiet tal-inadempjenza għall-korrelazzjonijiet bejn emittenti differenti f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 325bn(1) u l-għażla preferuta ta' metodu biex jiġu stmati l-probabbiltajiet ta' inadempjenza fil-punt (e) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu u t-telf li jirriżulta mill-inadempjenza fil-punt (d) tal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 325bp 11.
L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw il-mudelli interni tagħhom sabiex is-suppożizzjonijiet ta' korrelazzjoni u suppożizzjonijiet oħra tal-immudellar ikunu trasparenti għall-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 325bp 12.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika r-rekwiżiti li l-metodoloġija interna ta' istituzzjoni jew sorsi esterni jridu jissodisfaw biex jiġu stmati l-probabbiltajiet ta' inadempjenza u t-telf fil-każ ta' inadempjenza f'konformità mal-punt (e) tal-paragrafu 5 u l-punt (d) tal-paragrafu 6.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Settembru 2020.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.