+Artikolu 325bp 5.

Artikolu 325bp 5.

Biex tiġi simulata l-inadempjenza tal-emittenti fil-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza, l-istimi tal-istituzzjoni tal-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

▼M17

(a) 

il-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandu jkollhom minimu ta' 0,01  % għal skoperturi li għalihom jiġi applikat piż tar-riskju ta' 0 % f'konformità mal-Artikoli 114 sa 118 u ta' 0,01  % għal bonds koperti li għalihom jiġi applikat piż tar-riskju ta' 10 % f'konformità mal-Artikolu 129; inkella, il-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandu jkollhom minimu ta' 0,03  %;

▼M8

(b) 

il-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandhom ikunu bbażati fuq perijodu ta' żmien ta' sena, sakemm mhux iddikjarat mod ieħor f'din it-Taqsima;

(c) 

il-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandhom jitkejlu bl-użu, waħidha jew flimkien mal-prezzijiet tas-suq attwali, id-data osservata matul perijodu storiku ta' mill-inqas ħames snin u tnaqqis estrem fil-prezzijiet tas-suq ekwivalenti għal avvenimenti ta' inadempjenzata' inadempjenzi reali li ġraw fil-passat; il-probabbiltajiet ta' inadempjenza m'għandhomx ikunu implikati biss mill-prezzijiet tas-suq attwali.

▼M17

(d) 

istituzzjoni li tkun ingħatat permess biex tistma l-probabbiltajiet ta' inadempjenza f'konformità mat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II għall-klassi tal-iskoperturi u għas-sistema ta' klassifikazzjoni korrispondenti għal emittent partikolari għandha tuża l-metodoloġija stabbilita hemm sabiex tikkalkula l-probabbiltajiet ta' inadempjenza ta' dak l-emittent, dment li d-data għal tali stima tkun disponibbli;

(e) 

istituzzjoni li ma tkunx ingħatat permess sabiex tistma l-probabbiltajiet ta' inadempjenza msemmija fil-punt (d) għandha tiżviluppa metodoloġija interna jew tuża sorsi esterni sabiex tistma dawn il-probabbiltajiet ta' inadempjenza b'mod konsistenti mar-rekwiżiti applikabbli għall-istimi tal-probabbiltà ta' inadempjenza skont dan l-Artikolu.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (d), id-data sabiex jiġu stimati l-probabbiltajiet ta' inadempjenza ta' emittent partikolari ta' pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar tkun disponibbli meta, fid-data tal-kalkolu, l-istituzzjoni jkollha pożizzjoni tal-portafoll mhux tan-negozjar fuq l-istess debitur li għaliha tistma l-probabbiltajiet ta' inadempjenza f'konformità mat-Titolu II, il-Kapitolu 3, it-Taqsima 1 sabiex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħha stabbiliti f'dak il-Kapitolu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.