+Artikolu 346 Tnaqqis għal hedges minn derivati tal-kreditu
---+Artikolu 346 1.
---+Artikolu 346 2.
---+Artikolu 346 3.
---+Artikolu 346 4.
---+Artikolu 346 5.
---+Artikolu 346 6.

Artikolu 346 Tnaqqis għal hedges minn derivati tal-kreditu

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 346 1.
Għandu jingħata tnaqqis għal hedges ipprovduti minn derivati tal-kreditu, skont il-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6.
Artikolu 346 2.
L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw din il-pożizzjoni fid-derivat tal-kreditu bħala 'komponent' wieħed u l-pożizzjoni ħħeġġjata li jkollha l-istess ammont nominali, jew, fejn applikabbli, ammont nozzjonali, bħala l-'komponent' l-ieħor.
Artikolu 346 3.

Għandu jingħata tnaqqis sħiħ meta l-valuri taż-żewġ partijiet jimxu dejjem fid-direzzjoni opposta u b'mod ġenerali ndaqs. Dan ikun il-każ fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

iż-żewġ komponenti jikkonsistu fi strumenti kompletament identiċi;

(b) 

pożizzjoni twila fi flus tkun iħħeġġjata b’total rate of return swap (jew viċe versa) u jkun hemm qbil preċiż bejn l-obbligazzjoni ta’ riferiment u l-iskopertura sottostanti (jiġifieri, il-pożizzjoni fi flus). Il-maturità tal-iswap innifisha tista’ tkun differenti minn dik tal-iskopertura sottostanti.

F'dawn is-sitwazzjonijiet, ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku ma għandu jiġi applikat għall-ebda naħa tal-pożizzjoni.

Artikolu 346 4.
Tpaċija ta' 80 % tiġi applikata meta l-valuri taż-żewġ partijiet jimxu dejjem fid-direzzjoni opposta u fejn ikun hemm qbil preċiż f’termini tal-obbligazzjoni ta’ riferiment, tal-maturità kemm tal-obbligazzjoni ta’ riferiment kif ukoll tad-derivat tal-kreditu, u tal-munita tal-iskopertura sottostanti. Barra minn hekk, l-elementi ewlenin tal-kuntratt tad-derivat tal-kreditu ma għandhomx iwasslu biex il-moviment fil-prezz tad-derivat tal-kreditu jitbiegħed materjalment mill-movimenti tal-pożizzjoni fi flus. Sal-punt li t-transazzjoni tittrasferixxi riskju, tiġi applikata tpaċija ta’ 80 % għar-riskju speċifiku fin-naħa tat-transazzjoni bl-ogħla rekwiżit ta’ fondi proprji, filwaqt li r-rekwiżiti għar-riskju speċifiku tan-naħa l-oħra għandhom ikunu żero.
Artikolu 346 5.

Fin-nuqqas tas-sitwazzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, għandu jingħata tnaqqis parzjali, fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-pożizzjoni taqa’ taħt il-paragrafu 3(b) iżda hemm diskrepanza fl-assi bejn l-obbligazzjoni ta’ riferiment u l-iskopertura sottostanti. Madanakollu, il-pożizzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(i) 

l-obbligazzjoni ta’ riferiment hija tal-istess livell ma', jew subordinata għall-obbligazzjoni sottostanti;

(ii) 

l-obbligazzjoni sottostanti u l-obbligazzjoni ta’ riferiment għandhom l-istess debitur u għandhom klawżoli transversali ta’ inadempjenza u aċċelerazzjoni legalment infurzabbli;

(b) 

il-pożizzjoni taqa’ taħt il-paragrafu 3(a) jew il-paragrafu 4 iżda hemm diskrepanza fil-munita jew fil-maturità bejn il-protezzjoni tal-kreditu u l-assi sottostanti. Tali diskrepanza fil-munita għandha tiġi inkluża fir-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kambju;

(c) 

il-pożizzjoni taqa’ taħt il-paragrafu 4 iżda hemm diskrepanza fl-assi bejn il-pożizzjoni fi flus u d-derivat tal-kreditu. Madanakollu, l-assi sottostanti huwa inkluż fl-obbligazzjonijiet (kunsinnabbli) fid-dokumentazzjoni tad-derivat tal-kreditu.

Sabiex jingħata tnaqqis parzjali, minflok ma jiżdiedu r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku għal kull naħa tat-transazzjoni, għandu japplika biss l-ogħla wieħed miż-żewġ rekwiżiti ta’ fondi proprji.

Artikolu 346 6.
Fis-sitwazzjonijiet kollha li ma jaqgħux taħt il-paragrafi 3 sa 5, rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku għandu jiġi kkalkulat b’mod separat għaż-żewġ naħat tal-pożizzjonijiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.