+Artikolu 383p Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-firxiet tal-kreditu tal-kontroparti
---+Artikolu 383p 1.
---+Artikolu 383p 2.
---+Artikolu 383p 3.
---+Artikolu 383p 4.
|
Artikolu 383p Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-firxiet tal-kreditu tal-kontroparti
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 383p 1.
|
Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet delta għall-fatturi tar-riskju tal-firxiet tal-kreditu tal-kontroparti għandhom ikunu l-istess għall-maturitajiet kollha (0,5 ta' sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin) f'kull bucket fit-Tabella 1 u għandhom ikunu dawn li ġejjin:
Tabella 1
|
Numru tal-Bucket
|
Kwalità Kreditizja
|
Settur
|
Piż tar-riskju
|
|
1
|
Kollha
|
Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, tal-Istati Membri
|
0,5 %
|
|
2
|
Skali 1 sa 3 tal-kwalità kreditizja
|
Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta' pajjiżi terzi, il-banek multilaterali tal-iżvilupp u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 117(2) u fl-Artikolu 118
|
0,5 %
|
|
3
|
Il-gvern reġjonali jew awtorità lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku
|
1,0 %
|
|
4
|
L-entitajiet tas-settur finanzjarju, inkluż l-istituzzjonijiet ta' kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali, u mutwanti promozzjonali
|
5,0 %
|
|
5
|
Materjali bażiċi, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, estrazzjoni u xogħol fil-barrieri
|
3,0 %
|
|
6
|
Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta' servizzi amministrattivi u ta' sostenn
|
3,0 %
|
|
7
|
Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet
|
2,0 %
|
|
8
|
Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi
|
1,5 %
|
|
9
|
Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fl-Istati Membri
|
1,0 %
|
|
10
|
Skali 1 tal-kwalità kreditizja
|
Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu f'pajjiżi terzi
|
1,5 %
|
|
Skali 2 sa 3 tal-kwalità kreditizja
|
2,5 %
|
|
11
|
Skali 1 sa 3 tal-kwalità kreditizja
|
Settur ieħor
|
5,0 %
|
|
12
|
Indiċijiet ikkwalifikati
|
1,5 %
|
|
13
|
Skali 4 sa 6 tal-kwalità kreditizja u mingħajr klassifikazzjoni
|
Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta' pajjiżi terzi, il-banek multilaterali tal-iżvilupp u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 117(2) u fl-Artikolu 118
|
2,0 %
|
|
14
|
Il-gvern reġjonali jew awtorità lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku
|
4,0 %
|
|
15
|
L-entitajiet tas-settur finanzjarju, inkluż l-istituzzjonijiet ta' kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali, u mutwanti promozzjonali
|
12,0 %
|
|
16
|
Materjali bażiċi, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, estrazzjoni u xogħol fil-barrieri
|
7,0 %
|
|
17
|
Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta' servizzi amministrattivi u ta' sostenn
|
8,5 %
|
|
18
|
Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet
|
5,5 %
|
|
19
|
Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi
|
5,0 %
|
|
20
|
Settur ieħor
|
12,0 %
|
|
21
|
Indiċijiet ikkwalifikati
|
5,0 %
|
Meta ma jkun hemm l-ebda klassifikazzjoni esterna għal kontroparti speċifika, l-istituzzjonijiet jistgħu, soġġett għal approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, jimmappjaw il-klassifikazzjoni interna ma' klassifikazzjoni esterna korrispondenti u jassenjaw piż tar-riskju li jikkorrispondi jew għall-iskala 1 sa 3 tal-kwalità kreditizja jew inkella għall-iskala 4 sa 6 tal-kwalità kreditizja. Inkella, għandhom jiġu applikati l-piżijiet tar-riskju għal skoperturi mingħajr klassifikazzjoni.
|
|
Artikolu 383p 2.
|
Biex jassenjaw skopertura għar-riskju għal settur, l-istituzzjonijiet għandhom jiddependu minn klassifikazzjoni li tintuża spiss fis-suq għar-raggruppament ta' emittenti skont is-settur. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kull emittent għal wieħed biss mill-buckets tas-settur stabbiliti fit-Tabella 1. Skoperturi għar-riskju minn kwalunkwe emittent li istituzzjoni ma tkunx tista' tassenjahom għal settur b'tali mod għandhom jiġu assenjati jew għall-bucket 11 jew inkella għall-bucket 20 fit-Tabella 1, skont il-kwalità kreditizja tal-emittent.
|
|
Artikolu 383p 3.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw biss għall-buckets 12 u 21 fit-Tabella 1 dawk l-iskoperturi li jagħmlu referenza għall-indiċijiet ikkwalifikati kif imsemmi fl-Artikolu 383b(4).
|
|
Artikolu 383p 4.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jużaw approċċ ta' trasparenza biex jiddeterminaw is-sensittivitajiet ta' skopertura li tirreferi għal indiċi mhux ikkwalifikat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|