+Artikolu 425 Flussi 'l ġewwa
---+Artikolu 425 1.
---+Artikolu 425 2.
---+Artikolu 425 3.
---+Artikolu 425 4.
---+Artikolu 425 5.
---+Artikolu 425 6.
---+Artikolu 425 7.
---+Artikolu 425 8.
---+Artikolu 425 9.
|
Artikolu 425 Flussi 'l ġewwa
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 425 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw il-flussi ’l ġewwa tal-likwidità tagħhom. Il-flussi ’l ġewwa tal-likwidità għandhom ikunu limitati għal massimu ta’ 75 % tal-flussi ’l barra tal-likwidità. L-istituzzjonijiet jistgħu jeżentaw flussi ’l ġewwa tal-likwidità minn depożiti li jkunu saru ma’ istituzzjonijiet oħra li jikkwalifikaw għat-trattamenti stabbiliti fl-Artikolu 113(6) jew (7) ta’ dan ir-Regolament minn dak il-limitu massimu.
L-istituzzjonijiet jistgħu jeżentaw flussi ’l ġewwa tal-likwidità minn flejjes dovuti minn mutwatarji jew investituri ta’ bonds fejn dawk il-flussi ’l ġewwa jkunu relatati ma’ self ipotekarju ffinanzjat minn bonds eliġibbli għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 129(4), (5) jew (6) ta’ dan ir-Regolament jew minn bonds koperti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (EU) 2019/2162 minn dak il-limitu massimu. L-istituzzjonijiet jistgħu jeżentaw flussi ’l ġewwa minn self promozzjonali li l-istituzzjonijiet ikunu għaddew. Soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi individwali, l-istituzzjoni tista’ teżenta parzjalment jew kompletament flussi ’l ġewwa fejn il-fornitur tal-likwidità jkun istituzzjoni prinċipali jew istituzzjoni sussidjarja tal-istituzzjoni, jew ditta prinċipali jew sussidjarja ta’ investiment tal-istituzzjoni, jew sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali jew tal-istess ditta prinċipali ta’ investiment, jew ikun relatatat mal-istituzzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE.
|
|
Artikolu 425 2.
|
Il-flussi ’il ġewwa tal-likwidità għandhom jitkejlu fuq it-30 ġurnata li jmiss. Għandhom jiġu inklużi biss il-flussi ’il ġewwa kuntrattwali minn skoperturi li ma jkunux wara d-data tal-għeluq u li l-istituzzjoni ma jkollhiex raġuni għalfejn tistenna minnhom nuqqas ta’ prestazzjoni matul il-perijodu ta’ 30 ġurnata. Il-flussi ’il ġewwa ta' likwidità għandhom jiġu rapportati b'mod sħiħ bil-flussi ’il ġewwa li ġejjin jkunu rapportati separatament:
(a)
flejjes dovuti minn klijenti li mhumiex klijenti finanzjarji għall-finijiet tal-pagament tal-ammont kapitali għandhom jitnaqqsu b’50 % tal-valur tagħhom jew bl-impenji kuntrattwali lil dawk il-klijenti sabiex jiġi estiż il-finanzjament, liema minnhom ikun l-ogħla. Dan ma japplikax għal flejjes dovuti minn self garantit u transazzjonijiet immotivati mis-swieq kapitali kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 192 li jkunu kollateralizzati minn assi likwidi skont l-Artikolu 416 kif imsemmi fil-punt (d) ta' dan il-paragrafu.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt, l-istituzzjonijiet li jkunu rċevew impenn imsemmi fl-Artikolu 424(6) sabiex ikunu jistgħu jagħtu self promozzjonali lil riċevitur finali jistgħu jirrikonoxxu fluss ’il ġewwa sal-limitu ta' fluss ’il barra li huma japplikaw għall-impenn korrispondenti biex jagħtu dak is-self promozzjonali;
(b)
flejjes dovuti minn transazzjonijiet li jiffinanzjaw in-negozju msemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 162(3) b'maturità reżidwa sa 30 ġurnata, għandhom jiġu kkunsidrati totalment bħala flussi ’il ġewwa;
▼M8
(c)
is-self b'data ta' skadenza kuntrattwali indefinita jiġi kunsidrat bi fluss ta' dħul ta' 20 %, diment li l-kuntratt jippermetti lill-istituzzjoni biex tirtira minn u titlob pagament fi żmien 30 ġurnata;
▼B
(d)
flejjes dovuti minn self garantit u transazzjonijiet immotivati mis-swieq kapitali kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 192 jekk ikunu kollateralizzati minn assi likwidi kif imsemmi fl-Artikolu 416(1), ma għandhomx jiġu kkunsidrati sal-valur nett tat-telf impost tal-assi likwidi u għandhom jiġu kkunsidrati b'mod sħiħ għall-flejjes dovuti li jifdal;
(e)
flejjes dovuti li l-istituzzjoni li għandha tagħti dawn il-flejjes tittrattahom skont l-Artikolu 422(3) u (4), għandhom jiġu mmultiplikati bi fluss simettriku ’l ġewwa korrispondenti;
(f)
flejjes dovuti minn pożizzjonijiet fi strumenti ta' ekwità ta' indiċi prinċipali dment li l-assi likwidi ma jingħaddux darbtejn;
(g)
kwalunkwe faċilità ta' kreditu jew ta' likwidità mhux miġbuda u kwalunkwe impenn ieħor riċevut m'għandux jiġi kkunsidrat.
|
|
Artikolu 425 3.
|
Il-flussi ’l barra u l-flussi ’il ġewwa mistennija matul il-perijodu ta’ 30 ġurnata mill-kuntratti elenkati fl-Anness II għandhom jiġu riflessi fuq bażi netta fost il-kontropartijiet u għandhom jiġu multiplikati b’100 % f’każ ta’ fluss ’l ġewwa nett. Bażi netta għandha tfisser ukoll in-nett tal-kollateral li għandu jiġi riċevut li jikkwalifika bħala assi likwidi skont l-Artikolu 416.
|
|
Artikolu 425 4.
|
B'deroga mill-punt (g) tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu permess sabiex jiġi applikat, fluss ’il ġewwa ogħla fuq skont il-bażi għal faċilitajiet ta’ kreditu u ta’ likwidità meta jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
ikun hemm raġunijiet biex wieħed jistenna fluss ’il ġewwa ogħla anki taħt suq ikkombinat u stress idjosinkratiku tal-fornitur;
▼M17
(b)
il-kontroparti tkun istituzzjoni prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni jew sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali jew tkun marbuta mal-istituzzjoni b'relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE jew tkun membru tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7) ta' dan ir-Regolament jew l-istituzzjoni ċentrali jew membru ta' network li jkun soġġett għall-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament;
▼B
(c)
fluss ’il barra korrispondenti simetriku jew iktar konservattiv ikun applikat mill-kontroparti b'deroga mill-Artikolu 422, 423 u 424;
(d)
l-istituzzjoni u l-kontroparti huma stabbiliti fl-istess Stat Membru.
|
|
Artikolu 425 5.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (d) tal-paragrafu 4 fejn jiġi applikat l-Artikolu 20(1)(b). F'dak il-każ għandhom jintlaħqu kriterji oġġettivi addizzjonali kif stabbiliti fl-att iddelegat imsemmi fl-Artikolu 460. Fejn tali fluss 'il barra iktar baxx jista’ jiġi applikat, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ABE dwar ir-riżultat tal-proċess imsemmi fl-Artikolu 20(1)(b). It-twettiq tal-kondizzjonijiet għal tali fluss ’l barra aktar baxxi għandu jiġu riveduti b’mod regolari mill-awtoritajiet kompetenti.
|
|
Artikolu 425 6.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tkompli tispeċifika l-kriterji oġġettivi addizzjonali msemmija fil-paragrafu 5. L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2015. Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 425 7.
|
L-istituzzjonijiet ma għandhom jirrappurtaw fluss ’il ġewwa mill-ebda wieħed mill-assi likwidi rrappurtati skont l-Artikolu 416 għajr il-pagamenti dovuti fuq l-assi li ma jkunux riflessi fil-valur tas-suq tal-ass.
|
|
Artikolu 425 8.
|
L-istituzzjonijiet ma għandhomx jirrappurtaw flussi ’il ġewwa minn ebda obbligu ġdid li jkunu daħlu għalih.
|
|
Artikolu 425 9.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw biss il-flussi ’il ġewwa ta’ likwidità li għandu jiġi riċevut f’pajjiżi terzi fejn hemm restrizzjonijiet fuq it-trasferiment jew li jkun denominat f’muniti mhux konvertibbli sakemm jikkorrispondu għall-flussi ’l barra rispettivament fil-pajjiż terz jew fil-munita inkwistjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|