+Artikolu 425 2.

Artikolu 425 2.

Il-flussi ’il ġewwa tal-likwidità għandhom jitkejlu fuq it-30 ġurnata li jmiss. Għandhom jiġu inklużi biss il-flussi ’il ġewwa kuntrattwali minn skoperturi li ma jkunux wara d-data tal-għeluq u li l-istituzzjoni ma jkollhiex raġuni għalfejn tistenna minnhom nuqqas ta’ prestazzjoni matul il-perijodu ta’ 30 ġurnata. Il-flussi ’il ġewwa ta' likwidità għandhom jiġu rapportati b'mod sħiħ bil-flussi ’il ġewwa li ġejjin jkunu rapportati separatament:

(a) 

flejjes dovuti minn klijenti li mhumiex klijenti finanzjarji għall-finijiet tal-pagament tal-ammont kapitali għandhom jitnaqqsu b’50 % tal-valur tagħhom jew bl-impenji kuntrattwali lil dawk il-klijenti sabiex jiġi estiż il-finanzjament, liema minnhom ikun l-ogħla. Dan ma japplikax għal flejjes dovuti minn self garantit u transazzjonijiet immotivati mis-swieq kapitali kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 192 li jkunu kollateralizzati minn assi likwidi skont l-Artikolu 416 kif imsemmi fil-punt (d) ta' dan il-paragrafu.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt, l-istituzzjonijiet li jkunu rċevew impenn imsemmi fl-Artikolu 424(6) sabiex ikunu jistgħu jagħtu self promozzjonali lil riċevitur finali jistgħu jirrikonoxxu fluss ’il ġewwa sal-limitu ta' fluss ’il barra li huma japplikaw għall-impenn korrispondenti biex jagħtu dak is-self promozzjonali;

(b) 

flejjes dovuti minn transazzjonijiet li jiffinanzjaw in-negozju msemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 162(3) b'maturità reżidwa sa 30 ġurnata, għandhom jiġu kkunsidrati totalment bħala flussi ’il ġewwa;

▼M8

(c) 

is-self b'data ta' skadenza kuntrattwali indefinita jiġi kunsidrat bi fluss ta' dħul ta' 20 %, diment li l-kuntratt jippermetti lill-istituzzjoni biex tirtira minn u titlob pagament fi żmien 30 ġurnata;

▼B

(d) 

flejjes dovuti minn self garantit u transazzjonijiet immotivati mis-swieq kapitali kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 192 jekk ikunu kollateralizzati minn assi likwidi kif imsemmi fl-Artikolu 416(1), ma għandhomx jiġu kkunsidrati sal-valur nett tat-telf impost tal-assi likwidi u għandhom jiġu kkunsidrati b'mod sħiħ għall-flejjes dovuti li jifdal;

(e) 

flejjes dovuti li l-istituzzjoni li għandha tagħti dawn il-flejjes tittrattahom skont l-Artikolu 422(3) u (4), għandhom jiġu mmultiplikati bi fluss simettriku ’l ġewwa korrispondenti;

(f) 

flejjes dovuti minn pożizzjonijiet fi strumenti ta' ekwità ta' indiċi prinċipali dment li l-assi likwidi ma jingħaddux darbtejn;

(g) 

kwalunkwe faċilità ta' kreditu jew ta' likwidità mhux miġbuda u kwalunkwe impenn ieħor riċevut m'għandux jiġi kkunsidrat.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.