+Artikolu 427 Elementi li jipprovdu finanzjament stabbli
---+Artikolu 427 1.
---+Artikolu 427 2.

Artikolu 427 Elementi li jipprovdu finanzjament stabbli

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 427 1.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti, f'konformità mar-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 415(1) u l-formats uniformi ta' rappurtar imsemmija fl-Artikolu 415(3), l-elementi li ġejjin u l-komponenti tagħhom sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni tad-disponibbiltà ta’ finanzjament stabbli:

(a) 

il-fondi proprji li ġejjin, wara li jiġi applikat it-tnaqqi,s fejn adatt:

(i) 

strumenti ta' kapital ta' Grad 1;

(ii) 

strumenti ta' kapital ta' Grad 2;

(iii) 

ishma privileġġati u strumenti ta' kapital oħrajn li jaqbżu l-ammont awtorizzat mill-Grad 2 li għandhom maturità effettiva ta' sena jew aktar;

(b) 

l-obbligazzjonijiet li ġejjin mhux inklużi fil-punt (a):

(i) 

depożiti fil-livell ta' konsumatur li jikkwalifikaw għat-trattament stipulat fl-Artikolu 421(1);

(ii) 

depożiti fil-livell ta' konsumatur li jikkwalifikaw għat-trattament stipulat fl-Artikolu 421(2)

(iii) 

depożiti li jikkwalifikaw għat-trattament stipulat fl-Artikolu 422 (3) u (4);

(iv) 

mid-depożiti msemmija fil-punt (iii), dawk li huma soġġetti għal skema ta' garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE ►C2  jew skema ta' garanzija tad-depożiti ekwivalenti f'garanziji tad-depożiti ta' pajjiż terz fit-termini tal-Artikolu 421(1); ◄

(v) 

mid-depożiti msemmija fil-punt (iii), dawk li jaqgħu taħt il-punt (b) fl-Artikolu 422(3);

(vi) 

mid-depożiti msemmija fil-punt (iii), dawk li jaqgħu taħt il-punt (d) fl-Artikolu 422(3);

(vii) 

ammonti depożitati li ma jaqgħux taħt il-punt (i), (ii) jew (iii) jekk ma jkunux depożitati minn klijenti finanzjarji;

(viii) 

il-finanzjament kollu miksub minn klijenti finanzjarji;

(ix) 

b’mod separat għall-ammonti li jaqgħu taħt il-punti (vii) u (viii) rispettivament, finanzjament minn għoti ta' self garantit u transazzjonijiet immotivati mis-swieq kapitali kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 192:

— 
kollateralizzati minn assi li jikkwalifikaw bħala assi likwidi skont l-Artikolu 416;
— 
kollateralizzati minn kwalunkwe assi oħra;

▼M10

(x) 

obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn titoli maħruġa li jikkwalifikaw għat-trattament stipulat fl-Artikolu 129(4) jew (5) ta’ dan ir-Regolament jew minn bonds koperti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2019/2162;

▼B

(xi) 

l-obbligazzjonijiet l-oħra li ġejjin li jirriżultaw minn titoli maħruġa li ma jaqgħux taħt punt (a):

— 
obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn titoli maħruġa b'maturità effettiva ta' sena jew aktar;
— 
obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn titoli maħruġa b'maturità effettiva ta' anqas minn sena,
(xii) 

kwalunkwe obbligazzjoni oħra.

Artikolu 427 2.

Fejn applikabbli, l-elementi kollha għandhom jiġu ppreżentati fil-ħames taqsimiet li ġejjin skont liema jkunu l-aktar viċin id-data tal-maturità tagħhom u l-iktar data kmieni li fiha jistgħu jissejħu kuntrattwalment:

(a) 

fi żmien tliet xhur;

(b) 

bejn tliet xhur u sitt xhur;

(c) 

bejn sitt xhur u disa’ xhur;

(d) 

bejn disa’ xhur u 12-il xahar;

(e) 

wara 12-il xahar.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.