+Artikolu 428a Applikazzjoni fuq bażi konsolidata

Artikolu 428a Applikazzjoni fuq bażi konsolidata

Artikolu 428a

Applikazzjoni fuq bażi konsolidata

Meta l-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett stipulat f'dan it-Titolu japplika fuq bażi konsolidata f'konformità mal-Artikolu 11(4), għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-assi u l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ ta' sussidjarja li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f'pajjiż terz li jkunu soġġetti għal fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġa skont ir-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett stipulat fil-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz li jkunu ogħla minn dawk speċifikati fil-Kapitolu 4 għandhom ikunu soġġetti għal konsolidazzjoni f'konformità mal-fatturi ogħla speċifikati fil-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz;

(b) 

l-obbligazzjonijiet u l-fondi proprji f'impriża sussidjarja li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f'pajjiż terz li jkunu soġġetti għal fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli skont ir-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett stipulat fil-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz li jkunu aktar baxxi minn dawk speċifikati fil-Kapitolu 3 għandhom ikunu soġġetti għall-konsolidazzjoni f'konformità mal-fatturi aktar baxxi speċifikati fil-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz;

(c) 

l-assi ta' pajjiżi terzi li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) u li jkunu miżmumin minn impriża sussidjarja li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f'pajjiż terz ma jkunux rikonoxxuti bħala assi likwidi għal finijiet għal konsolidazzjoni meta dawn ma jikkwalifikawx bħala assi likwidi skont il-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz li jistabbilixxi r-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità.

▼M9 —————

▼M8

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.