+Artikolu 428ad Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Artikolu 428ad Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Artikolu 428ad

Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a) 

assi mhux aggravati li jkunu eliġibbli bħala assi ta' livell 2B skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), minbarra titolizzazzjonijiet ta' livell 2B u bonds koperti ta' kwalità għolja skont dak l-att delegat, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stabbilit dak l-att delegat;

(b) 

depożiti miżmuma mill-istituzzjoni f'istituzzjoni finanzjarja oħra li jissodisfaw il-kriterji għal depożiti operazzjonali kif stipulat fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);

(c) 

flejjes dovuti minn tranżazzjonijiet b'maturità residwa ta' inqas minn sena ma':

(i) 

il-gvern ċentrali ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;

(ii) 

gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali fi Stat Membru jew f'pajjiż terz;

(iii) 

entitajiet tas-settur pubbliku ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;

(iv) 

banek ta' żvilupp multilaterali msemmija fl-Artikolu 117(2) u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 118;

(v) 

korporazzjonijiet mhux finanzjarji, klijenti fil-livell tal-konsumaturi u SMEs;

(vi) 

għaqdiet ta' kreditu awtorizzati minn awtorità kompetenti, kumpanniji ta' investiment personali u klijenti li jkunu sensara tad-depożiti sa fejn dawk l-assi ma jaqgħux taħt il-punt (b) ta' dan il-paragrafu;

(d) 

flejjes dovuti minn tranżazzjonijiet b'maturità residwa ta' mill-inqas sitt xhur iżda inqas minn sena ma':

(i) 

il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru;

(ii) 

il-bank ċentrali ta' pajjiż terz;

(iii) 

klijenti finanzjarji;

(e) 

prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li jidhru fil-karta tal-bilanċ b'maturità residwa ta' mill-inqas sitt xhur iżda inqas minn sena;

(f) 

assi aggravati għal maturità residwa ta' mill-inqas sitt xhur iżda inqas minn sena, ħlief fejn dawk l-assi jkunu assenjati fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar għoli f'konformità mal-Artikoli 428ae sa 428ah jekk ikunu miżmuma mhux aggravati, f'liema każ għandu japplika l-fattur ta' finanzjament iktar għoli għal dawk l-assi kieku kellhom jinżammu mhux aggravati;

(g) 

kwalunkwe assi oħra b'maturità residwa ta' inqas minn sena, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Artikoli 428r sa 428ac.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.