+Taqsima 2 Fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428r Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
------+Artikolu 428r 1.
------+Artikolu 428r 2.
---+Artikolu 428s Fattur ta' 5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
------+Artikolu 428s 1.
------+Artikolu 428s 2.
---+Artikolu 428t Fattur ta' 7 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428u Fattur ta' 7,5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428v Fattur ta' 10 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428w Fattur ta' 12 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428x Fattur ta' 15 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428y Fattur ta' 20 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428z Fattur ta' 25 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428aa Fattur ta' 30 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428ab Fattur ta' 35 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428ac Fattur ta' 40 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428ad Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428ae Fattur ta' 55 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428af Fattur ta' 65 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428ag Fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428ah Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
------+Artikolu 428ah 1.
------+Artikolu 428ah 2.

Taqsima 2 Fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Taqsima 2 Fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 428r Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ -
Artikolu 428s Fattur ta' 5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ -
Artikolu 428t Fattur ta' 7 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Artikolu 428t

Fattur ta' 7 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Assi mhux aggravati li huma eliġibbli bħala bonds koperti ta' kwalità estremament għolja ta' livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal 7 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.

Artikolu 428u Fattur ta' 7,5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Artikolu 428u

Fattur ta' 7,5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ kif imsemmija fl-Anness I b'maturità residwa ta' mill-inqas sitt xhur iżda inqas minn sena għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 7,5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ.

Artikolu 428v Fattur ta' 10 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Artikolu 428v

Fattur ta' 10 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

L-assi u l-elementi li ġejjin li ma jidhrux fuq il-karta bilanċ għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 10 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a) 

flejjes dovuti minn tranżazzjonijiet ma' klijenti finanzjarji li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur għajr dawk imsemmijin fil-punt (g) tal-Artikolu 428r(1) u l-punt (b) tal-Artikolu 428s(1);

(b) 

prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li jidhru fil-karta tal-bilanċ b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur;

(c) 

prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ kif imsemmijin fl-Anness I b'maturità residwa ta' sena jew iktar.

Artikolu 428w Fattur ta' 12 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Artikolu 428w

Fattur ta' 12 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li jkunu eliġibbli għal haircut ta' 12 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 12 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.

Artikolu 428x Fattur ta' 15 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Artikolu 428x

Fattur ta' 15 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Assi mhux aggravati li huma eliġibbli bħala assi ta' livell 2A skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal 15 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.

Artikolu 428y Fattur ta' 20 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Artikolu 428y

Fattur ta' 20 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li jkunu eliġibbli għal haircut ta' 20 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 20 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.

Artikolu 428z Fattur ta' 25 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Artikolu 428z

Fattur ta' 25 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Titolizzazzjonijiet ta' livell 2B mhux aggravati skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal 25 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.

Artikolu 428aa Fattur ta' 30 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Artikolu 428aa

Fattur ta' 30 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 30 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a) 

bonds koperti mhux aggravati ta' kwalità għolja ħafna skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), irrispettivament minn jekk dawn jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat;

(b) 

ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li jkunu eliġibbli għal haircut ta' 30 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.

Artikolu 428ab Fattur ta' 35 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Artikolu 428ab

Fattur ta' 35 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 35 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a) 

titolizzazzjonijiet mhux aggravati ta' livell 2B skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat;

(b) 

ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li jkunu eliġibbli għal haircut ta' 35 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), irrispettivament minn jekk dawn jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.

Artikolu 428ac Fattur ta' 40 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Artikolu 428ac

Fattur ta' 40 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li jkunu eliġibbli għal haircut ta' 40 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 40 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.

Artikolu 428ad Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Artikolu 428ad

Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a) 

assi mhux aggravati li jkunu eliġibbli bħala assi ta' livell 2B skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), minbarra titolizzazzjonijiet ta' livell 2B u bonds koperti ta' kwalità għolja skont dak l-att delegat, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stabbilit dak l-att delegat;

(b) 

depożiti miżmuma mill-istituzzjoni f'istituzzjoni finanzjarja oħra li jissodisfaw il-kriterji għal depożiti operazzjonali kif stipulat fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);

(c) 

flejjes dovuti minn tranżazzjonijiet b'maturità residwa ta' inqas minn sena ma':

(i) 

il-gvern ċentrali ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;

(ii) 

gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali fi Stat Membru jew f'pajjiż terz;

(iii) 

entitajiet tas-settur pubbliku ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;

(iv) 

banek ta' żvilupp multilaterali msemmija fl-Artikolu 117(2) u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 118;

(v) 

korporazzjonijiet mhux finanzjarji, klijenti fil-livell tal-konsumaturi u SMEs;

(vi) 

għaqdiet ta' kreditu awtorizzati minn awtorità kompetenti, kumpanniji ta' investiment personali u klijenti li jkunu sensara tad-depożiti sa fejn dawk l-assi ma jaqgħux taħt il-punt (b) ta' dan il-paragrafu;

(d) 

flejjes dovuti minn tranżazzjonijiet b'maturità residwa ta' mill-inqas sitt xhur iżda inqas minn sena ma':

(i) 

il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru;

(ii) 

il-bank ċentrali ta' pajjiż terz;

(iii) 

klijenti finanzjarji;

(e) 

prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li jidhru fil-karta tal-bilanċ b'maturità residwa ta' mill-inqas sitt xhur iżda inqas minn sena;

(f) 

assi aggravati għal maturità residwa ta' mill-inqas sitt xhur iżda inqas minn sena, ħlief fejn dawk l-assi jkunu assenjati fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar għoli f'konformità mal-Artikoli 428ae sa 428ah jekk ikunu miżmuma mhux aggravati, f'liema każ għandu japplika l-fattur ta' finanzjament iktar għoli għal dawk l-assi kieku kellhom jinżammu mhux aggravati;

(g) 

kwalunkwe assi oħra b'maturità residwa ta' inqas minn sena, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Artikoli 428r sa 428ac.

Artikolu 428ae Fattur ta' 55 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Artikolu 428ae

Fattur ta' 55 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li jkunu eliġibbli għal haircut ta' 55 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 55 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.

Artikolu 428af Fattur ta' 65 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Artikolu 428af

Fattur ta' 65 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 65 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a) 

self mhux aggravat iggarantit minn ipoteki fuq proprjetà residenzjali jew self residenzjali mhux aggravat totalment garantit minn fornitur tal-protezzjoni eliġibbli kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 129(1) b'maturità residwa ta' sena jew iktar, sakemm dawk is-self ikun assenjat ponderazzjoni tar-riskju ta' 35 % jew inqas f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tat-Tielet Parti;

(b) 

self mhux aggravat b'maturità residwa ta' sena jew iktar, minbarra self lil klijenti finanzjarji u self imsemmi fl-Artikoli 428r sa 428ad, sakemm dak is-self ikun assenjat ponderazzjoni tar-riskju ta' 35 % jew inqas f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta.

Artikolu 428ag Fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Artikolu 428ag

Fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

L-assi u l-elementi li ġejjin li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a) 

kwalunkwe assi u element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ, inkluż flus kontanti, depożitati bħala marġni inizjali għal kuntratti ta' derivattivi, sakemm dawk l-assi ma jiġux assenjati fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar għoli f'konformità mal-Artikolu 428ah jekk ikunu miżmuma mhux aggravati, f'liema każ għandu japplika l-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar għoli għal dawk l-assi kieku kellhom jinżammu mhux aggravati;

(b) 

kwalunkwe assi u element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ, inkluż flus kontanti, depożitati bħala kontribuzzjoni fil-fond inadempjenti ta' CCP, sakemm dawk ma jiġux assenjati fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar għoli f'konformità mal-Artikolu 428ah jekk ikunu miżmuma mhux aggravati, f'liema każ għandu japplika l-ogħla fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġi applikat lill-assi mhux aggravat;

(c) 

self mhux aggravat b'maturità residwa ta' sena jew iktar, minbarra self lil klijenti finanzjarji u self imsemmi fl-Artikoli 428r sa 428af, li ma jkunx sar dovut għal iktar minn 90 ġurnata u li jkunu assenjati ponderazzjoni tar-riskju ta' iktar minn 35 % f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta;

(d) 

prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li jidhru fil-karta tal-bilanċ, b'maturità residwa ta' sena jew iktar;

(e) 

titoli mhux aggravati b'maturità residwa ta' sena jew iktar li mhumiex inadempjenti f'konformità mal-Artikolu 178 u li mhumiex eliġibbli bħala assi likwidi skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);

(f) 

ekwitajiet mhux aggravati nnegozjati f'kambju li mhumiex eliġibbli bħala assi ta' livell 2B skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);

(g) 

komoditajiet fiżiċi nnegozjati, inkluż deheb iżda esklużi derivattivi ta' komoditajiet;

(h) 

assi aggravati għal maturità residwa ta' sena jew aktar fi grupp ta' kopertura finanzjat minn bonds koperti kif imsemmi fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE jew bonds koperti li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà għat-trattament kif stipulat fl-Artikolu 129(4) jew (5) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 428ah Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ -

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.