+Artikolu 429e Suppliment tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli
---+Artikolu 429e 1.
---+Artikolu 429e 2.
---+Artikolu 429e 3.
---+Artikolu 429e 4.
---+Artikolu 429e 5.
---+Artikolu 429e 6.
---+Artikolu 429e 7.

Artikolu 429e Suppliment tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 429e 1.
Flimkien mal-kalkolu tal-valur tal-iskopertura ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, inkluż dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ f'konformità mal-Artikolu 429b(1), l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil-miżura tal-iskopertura totali suppliment għal riskju ta' kreditu ta' kontroparti kkalkolat f'konformità mal-paragrafu 2 jew 3 ta' dan l-Artikolu, kif applikabbli.
Artikolu 429e 2.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment għal tranżazzjonijiet ma' kontroparti li ma jkunux soġġetti għal ftehim prinċipali ta' netting li jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 206 fuq il-bażi skont it-tranżazzjoni f'konformità mal-formula li ġejja:

image

fejn:

image

=

is-suppliment;

i

=

l-indiċi li jindika t-tranżazzjoni;

Ei

=

il-valur ġust tat-titoli jew il-flus kontanti mislufa lill-kontroparti taħt it-tranżazzjoni i; u

Ci

=

il-valur ġust tat-titoli jew tal-flus kontanti riċevuti mill-kontroparti taħt it-tranżazzjoni i.

L-istituzzjonijiet jistgħu jistabbilixxu
image ekwivalenti għal żero fejn Ei jkun il-flus kontanti mislufa lil kontroparti u l-flus kontanti assoċjati riċevibbli ma jkunux eliġibbli għat-trattament tan-netting stipulat fl-Artikolu 429b(4).

Artikolu 429e 3.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment għal tranżazzjonijiet ma' kontroparti li jkunu soġġetti għal ftehim prinċipali ta' netting li jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 206 fuq il-bażi skont il-ftehim f'konformità mal-formula li ġejja:

image

fejn:

image

=

is-suppliment;

i

=

l-indiċi li jindika l-arranġament tan-netting;

Ei

=

il-valur ġust tat-titoli jew tal-flus kontanti mislufa lill-kontroparti għat-tranżazzjonijiet li huma soġġetti għall-ftehim prinċipali ta' netting i; u

Ci

=

il-valur ġust tat-titoli jew tal-flus kontanti riċevuti mill-kontroparti li huma soġġetti għall-ftehim prinċipali ta' netting i.

Artikolu 429e 4.
Għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3, it-terminu kontroparti jinkludi wkoll aġenti tripartitiċi li jirċievu kollateral f'depożitu u jamministraw il-kollateral fil-każ ta' tranżazzjonijiet tripartitiċi.
Artikolu 429e 5.
B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-metodu stipulat fl-Artikolu 222, soġġett għal limitu ta' 20 % għall-ponderazzjoni tar-riskju applikabbli, biex jiddeterminaw is-suppliment għat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli inkluż dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw dan il-metodu biss meta jużawh ukoll biex jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura ta' dawk it-tranżazzjonijiet bl-għan li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji kif stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1).
Artikolu 429e 6.
Meta tinkiseb kontabbiltà tal-bejgħ għal tranżazzjoni ta' riakkwist skont il-qafas ta' kontabbiltà applikabbli, l-istituzzjoni għandha treġġa' lura l-elementi ta' kontabbiltà kollha relatati mal-bejgħ.
Artikolu 429e 7.

Meta istituzzjoni taġixxi bħala aġent bejn żewġ partijiet fi tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli, inkluż tranżazzjoni li ma tidhirx fil-karta tal-bilanċ, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin għall-kalkolu tal-miżura tal-iskopertura totali tal-istituzzjoni:

(a) 

meta l-istituzzjoni tipprovdi indennizz jew garanzija għal waħda mill-partijiet fit-tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli, u l-indennizz jew il-garanzija tkun limitata għal kwalunkwe differenza bejn il-valur tat-titolu jew tal-flus kontanti li tkun sellfet il-parti u l-valur tal-kollateral li jkun ipprovda l-mutwatarju, l-istituzzjoni għandha tinkludi biss is-suppliment ikkalkolat f'konformità mal-paragrafu 2 jew 3, kif applikabbli, fil-miżura tal-iskopertura totali;

(b) 

meta l-istituzzjoni ma tipprovdix indennizz jew garanzija lil xi waħda mill-partijiet involuti, it-tranżazzjoni ma għandhiex tiġi inkluża fil-miżura tal-iskopertura totali;

(c) 

meta l-istituzzjoni tkun ekonomikament esposta għat-titolu sottostanti jew il-flus kontanti fit-tranżazzjoni għal ammont ikbar mill-iskopertura koperta mis-suppliment, hija għandha tinkludi wkoll fil-miżura tal-iskopertura totali l-ammont sħiħ tat-titolu jew tal-flus kontanti li tkun esposta għalihom;

(d) 

meta l-istituzzjoni li taġixxi bħala aġent tipprovdi indennizz jew garanzija għaż-żewġ partijiet involuti fi tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli, l-istituzzjoni għandha tikkalkola l-miżura tal-iskopertura totali tagħha f'konformità mal-punti (a) (b) u (c) b'mod separat għal kull parti involuta fit-tranżazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.