+Artikolu 431 Rekwiżiti u politiki ta' divulgazzjoni
---+Artikolu 431 1.
---+Artikolu 431 2.
---+Artikolu 431 3.
---+Artikolu 431 4.
---+Artikolu 431 5.

Artikolu 431 Rekwiżiti u politiki ta' divulgazzjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 431 1.
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw pubblikament l-informazzjoni msemmija fit-Titoli II u III f'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan it-Titolu, soġġett għall-eċċezzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 432.
Artikolu 431 2.
L-istituzzjonijiet li jkunu ngħataw il-permess mill-awtoritajiet kompetenti taħt il-Parti Tlieta għall-istrumenti u l-metodoloġiji msemmijin fit-Titolu III ta' din il-Parti għandhom jiddivulgaw pubblikament l-informazzjoni stabbilita fih.
Artikolu 431 3.
Il-korp maniġerjali jew il-maniġment superjuri għandu jadotta politiki formali biex jikkonforma mar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni stabbiliti f'din il-Parti u jdaħħal fis-seħħ u jsostni proċessi, sistemi u kontrolli interni biex jivverifika li d-divulgazzjonijiet tal-istituzzjonijiet ikunu adatti u konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'din il-Parti. Mill-inqas membru wieħed tal-korp maniġerjali jew il-maniġment superjuri għandu jiċċertifika bil-miktub li l-istituzzjoni rilevanti għamlet id-divulgazzjonijiet meħtieġa taħt din il-Parti f'konformità mal-politiki formali u l-proċessi, is-sistemi u l-kontrolli interni. L-attestazzjoni bil-miktubu l-elementi ewlenin tal-politiki formali tal-istituzzjoni biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni għandhom ikunu inklużi fid-divulgazzjonijiet tal-istituzzjonijiet.

L-informazzjoni li għandha tiġi divulgata f'konformità ma' din il-Parti għandha tkun soġġetta għall-istess livell ta' verifika interna bħal dak applikabbli għar-rapport maniġerjali inkluż fir-rapport finanzjarju tal-istituzzjoni.

L-istituzzjonijiet għandu jkollhom ukoll politiki fis-seħħ biex jivverifikaw li d-divulgazzjonijiet tagħhom jikkomunikaw il-profil tar-riskju tagħhom b'mod komprensiv lil parteċipanti tas-suq. Meta l-istituzzjonijiet isibu li d-divulgazzjonijiet meħtieġa skont din il-Parti ma jikkomunikawx il-profil tar-riskju b'mod komprensiv lil parteċipanti tas-suq, għandhom jiddivulgaw pubblikament l-informazzjoni flimkien mal-informazzjoni meħtieġa li tkun divulgata taħt din il-Parti. Madankollu,, l-istituzzjonijiet għandhom jenħtieġu jiddivulgaw biss informazzjoni li tkun sinifikattiva u mhux riżervata jew kunfidenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 432.

Artikolu 431 4.
Id-divulgazzjonijiet kwantitattivi kollha għandhom ikunu akkumpanjati minn narrattiva kwalitattiva u kwalunkwe informazzjoni supplimentari oħra li tista' tenħtieġ sabiex l-utenti ta' dik l-informazzjoni jifhmu d-divulgazzjonijiet kwantitattivi, filwaqt li tiġi nnotata b'mod partikolari kwalunkwe bidla sinifikanti fi kwalunkwe divulgazzjoni partikolari meta mqabbel mal-informazzjoni li tinsab fid-divulgazzjonijiet preċedenti.
Artikolu 431 5.
L-istituzzjonijiet għandhom, jekk jintalbu, jispjegaw id-deċiżjonijiet ta' klassifikazzjoni tagħhom lill-SMEs u lil applikanti korporattivi oħra għal self, filwaqt li jipprovdu spjegazzjoni bil-miktub meta jintalbu jagħmlu dan. Il-prezzijiet amministrattivi ta' dik l-ispjegazzjoni għandhom ikunu proporzjonali mad-daqs tas-self.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.