+TITOLU I PRINĊIPJI ĠENERALI
---+Artikolu 431 Rekwiżiti u politiki ta' divulgazzjoni
------+Artikolu 431 1.
------+Artikolu 431 2.
------+Artikolu 431 3.
------+Artikolu 431 4.
------+Artikolu 431 5.
---+Artikolu 432 Informazzjoni mhux sinifikattiva, proprjetarja jew kunfidenzjali
------+Artikolu 432 1.
------+Artikolu 432 2.
------+Artikolu 432 3.
---+Artikolu 433 Frekwenza u ambitu tad-divulgazzjonijiet
---+Artikolu 433a Divulgazzjonijiet minn istituzzjonijiet kbar
------+Artikolu 433a 1.
------+Artikolu 433a 2.
------+Artikolu 433a 3.
---+l-Artikolu 433b Divulgazzjonijiet minn istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi
------+l-Artikolu 433b 1.
------+l-Artikolu 433b 2.
---+Artikolu 433c Divulgazzjonijiet minn istituzzjonijiet oħra
------+Artikolu 433c 1.
------+Artikolu 433c 2.
---+Artikolu 434 Mezzi ta' divulgazzjonijiet
------+Artikolu 434 1.
------+Artikolu 434 2.
------+Artikolu 434 3.
------+Artikolu 434 4.
------+Artikolu 434 5.
------+Artikolu 434 6.
---+Artikolu 434a Formati ta' divulgazzjoni uniformi
---+Artikolu 434b Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
------+Artikolu 434b 1.
------+Artikolu 434b 2.
------+Artikolu 434b 3.
------+Artikolu 434b 4.
------+Artikolu 434b 5.
---+Artikolu 434c Rapport dwar il-fattibbiltà tal-użu tal-informazzjoni rrapportata mill-istituzzjonijiet li mhumiex istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi biex jiġi ppubblikat sett estiż ta' divulgazzjonijiet fuq is-sit web tal-EBA

TITOLU I PRINĊIPJI ĠENERALI

TITOLU I PRINĊIPJI ĠENERALI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 431 Rekwiżiti u politiki ta' divulgazzjoni -
Artikolu 432 Informazzjoni mhux sinifikattiva, proprjetarja jew kunfidenzjali -
Artikolu 433 Frekwenza u ambitu tad-divulgazzjonijiet

Artikolu 433

Frekwenza u ambitu tad-divulgazzjonijiet

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni meħtieġa skont it-Titoli II u III bil-mod stabbilit f'dan l-Artikolu, l-Artikoli 433a, 433b, 433c u 434.

L-EBA għandha tippubblika divulgazzjonijiet annwali fuq is-sit web tagħha fl-istess jum li fih l-istituzzjonijiet jippubblikaw id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom jew mill-aktar fis wara dik id-data.

L-EBA għandha tippubblika divulgazzjonijiet semiannwali u trimestrali fuq is-sit web tagħha fl-istess jum li fih l-istituzzjonijiet jippubblikaw id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom għall-perjodu korrispondenti, fejn applikabbli, jew mill-aktar fis wara dik id-data.

Kwalunkwe dewmien bejn id-data tal-pubblikazzjoni tad-divulgazzjonijiet meħtieġa skont din il-Parti u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji rilevanti għandu jkun raġonevoli u, fi kwalunkwe każ, m'għandux jaqbeż il-limitu ta' żmien stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 106 tad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 433a Divulgazzjonijiet minn istituzzjonijiet kbar -
l-Artikolu 433b Divulgazzjonijiet minn istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi -
Artikolu 433c Divulgazzjonijiet minn istituzzjonijiet oħra -
Artikolu 434 Mezzi ta' divulgazzjonijiet -
Artikolu 434a Formati ta' divulgazzjoni uniformi

Artikolu 434a

Formati ta' divulgazzjoni uniformi

▼M17

L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika formati uniformi ta' divulgazzjoni, u informazzjoni dwar il-politika ta' preżentazzjoni mill-ġdid, u għandha tiżviluppa soluzzjonijiet tal-IT, inkluż struzzjonijiet, għad-divulgazzjonijiet meħtieġa skont it-Titoli II u III.

▼M8

Dawk il-formati ta' divulgazzjoni uniformi għandhom jikkomunikaw informazzjoni komprensiva u komparabbli biżżejjed għall-utenti ta' dik l-informazzjoni biex jivvalutaw il-profili tar-riskju tal-istituzzjonijiet u l-grad ta' konformità tagħhom mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet Wieħed sa Sebgħa. Biex jiffaċilitaw il-komparabbiltà tal-informazzjoni, l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għandu jkollhom l-għan li jżommu l-konsistenza tal-formati ta' divulgazzjoni ma' standards internazzjonali dwar id-divulgazzjonijiet.

Il-formati ta' divulgazzjoni uniformi għandhom ikunu tabulari fejn adatt.

▼M17

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2025.

▼M8

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 434b Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew -
Artikolu 434c Rapport dwar il-fattibbiltà tal-użu tal-informazzjoni rrapportata mill-istituzzjonijiet li mhumiex istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi biex jiġi ppubblikat sett estiż ta' divulgazzjonijiet fuq is-sit web tal-EBA

Artikolu 434c

Rapport dwar il-fattibbiltà tal-użu tal-informazzjoni rrapportata mill-istituzzjonijiet li mhumiex istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi biex jiġi ppubblikat sett estiż ta' divulgazzjonijiet fuq is-sit web tal-EBA

L-EBA għandha tħejji rapport dwar il-fattibbiltà tal-użu tal-informazzjoni rrapportata mill-istituzzjonijiet li mhumiex istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi lill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 430 sabiex tippubblika dik l-informazzjoni fuq is-sit web tagħha u b'hekk tnaqqas il-piż tad-divulgazzjoni għal tali istituzzjonijiet.

Dak ir-rapport għandu jqis il-ħidma preċedenti tal-EBA dwar il-ġbir integrat tad-data, għandu jkun ibbażat fuq analiżi ġenerali tal-ispejjeż u l-benefiċċji, inkluż l-ispejjeż imġarrba mill-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet u l-EBA, u għandu jqis kwalunkwe sfida teknika, operazzjonali u legali.

L-EBA għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2027.

Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni, meta jkun xieraq, għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2031.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.