+Artikolu 473 Introduzzjoni tal-emendi għall-IAS 19
---+Artikolu 473 1.
---+Artikolu 473 2.
---+Artikolu 473 3.
---+Artikolu 473 4.
---+Artikolu 473 5.
|
Artikolu 473 Introduzzjoni tal-emendi għall-IAS 19
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 473 1.
|
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 481, matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2018, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li l-istituzzjonijiet li jħejju l-kontijiet tagħhom f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 iżidu mal-kapital ta' Ekwità Komuni ta’ Grad 1 tagħhom l-ammont applikabbli skont il-paragrafu 2 jew 3 ta' dan l-Artikolu, kif applikabbli, multiplikat bil-fattur applikat skont il-paragrafu 4.
|
|
Artikolu 473 2.
|
L-ammont applikabbli għandu jiġi kkalkulat billi jitnaqqas mit-total derivat skont punt (a) is-somma derivata skont il-punt (b):
(a)
l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-valur tal-assi tal-fondi jew pjanijiet ta' pensjonijiet b’benefiċċju definit tagħhom, kif applikabbli f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 (
40
) kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1205/2011 (
41
). L-istituzzjonijiet imbagħad għandhom inaqqsu mill-valuri ta' dawn l-assi l-valuri tal-obbligi taħt l-istess fondi jew pjanijiet determinati skont l-istess regoli ta' kontabbiltà;
(b)
l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-valuri tal-assi tal-fondi jew pjanijiet ta' pensjonijiet b’benefiċċju definit tagħhom, kif applikabbli, skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1126/2008. L-istituzzjonijiet imbagħad għandhom inaqqsu mill-valuri ta' dawk l-assi, il-valuri tal-obbligazzjonijiet taħt l-istess fondi jew pjanijiet determinati skont l-istess regoli ta' kontabbiltà.
|
|
Artikolu 473 3.
|
L-ammont determinat skont il-paragrafu 2 għandu jkun limitat għall-ammont mhux meħtieġ li jitnaqqas mill-fondi proprji, qabel 1 ta’ Jannar 2014 skont il-miżuri ta' traspożizzjoni nazzjonali tad-Direttiva 2006/48/KE, dment li dawk il-miżuri ta' traspożizzjoni nazzjonali jkunu eliġibbli għat-trattament stipulat fl-Artikolu 481 ta' dan ir-Regolament fl-Istat Membru kkonċernat.
|
|
Artikolu 473 4.
|
Għandhom japplikaw il-fatturi li ġejjin:
(a)
1 fil-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014;
(b)
0,8 fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2015;
(c)
0,6 fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016;
(d)
0,4 fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2017;
(e)
0,2 fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2018.
|
|
Artikolu 473 5.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-valuri tal-assi u l-obbligazzjonijiet skont il-paragrafu 2 fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji ppubblikati tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|