+Artikolu 490 Elementi ta' Grad 2 b’inċentiv ta’ fidi
---+Artikolu 490 1.
---+Artikolu 490 2.
---+Artikolu 490 3.
---+Artikolu 490 4.
---+Artikolu 490 5.
---+Artikolu 490 6.
|
Artikolu 490 Elementi ta' Grad 2 b’inċentiv ta’ fidi
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 490 1.
|
Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 62 u 63, matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-elementi msemmija fl-Artikolu 484(5) li kkwalifikaw skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punt (f) jew (h) tal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE u li jinkludu fit-termini u l-kondizzjonijiet tagħhom sejħa b’inċentiv sabiex jiġu mifdija mill-istituzzjoni
►C2
għandhom ikunu soġġetti għal dan l-Artikolu. ◄
|
|
Artikolu 490 2.
|
L-elementi għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 2 sakemm:
(a)
l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiv ta’ fidi qabel l-1 ta’ Jannar 2013 biss;
(b)
l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa;
(c)
mill-1 ta’ Jannar 2013 jintlaħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63.
|
|
Artikolu 490 3.
|
L-elementi għandhom jikkwalifikaw bħala elementi ta' Grad 2 skont l-Artikolu 484(5) sad-data tal-maturità effettiva tagħhom, u wara dik id-data għandhom jikkwalifikaw bħala elementi ta' Grad 2 mingħajr limitu, jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiv ta’ fidi fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara biss;
(b)
l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa fid-data tal-maturità effettiva tal-elementi;
(c)
il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 jintlaħqu mid-data tal-maturità effettiva tal-elementi.
|
|
Artikolu 490 4.
|
L-elementi ma għandhomx jikkwalifikaw bħala elementi ta' Grad 2 mill-1 ta' Jannar 2014 fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
▼B
(a)
l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiv ta’ fidi bejn il-31 ta’ Diċembru 2011 u l-1 ta’ Jannar 2013 biss;
(b)
l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa fid-data tal-maturità effettiva tal-elementi;
(c)
il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 ma jintlaħqux mid-data tal-maturità effettiva tal-elementi.
|
|
Artikolu 490 5.
|
L-elementi għandhom jikkwalifikaw bħala elementi ta' Grad 2 bir-rikonoxximent tagħhom imnaqqas skont l-Artikolu 484(5) sad-data tal-maturità effettiva tagħhom, u ma għandhomx jikkwalifikaw bħala elementi ta' Grad 2 wara dik id-data, meta:
(a)
l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiv ta’ fidi fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara biss;
(b)
l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa fid-data tal-maturità effettiva tagħhom;
(c)
il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 ma jintlaħqux mid-data tal-maturità effettiva tal-elementi.
|
|
Artikolu 490 6.
|
L-elementi għandhom jikkwalifikaw bħala elementi ta' Grad 2 skont l-Artikolu 484(5) meta:
(a)
l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiv ta’ fidi qabel jew fil-31 ta’ Diċembru 2011 biss;
(b)
l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa fid-data tal-maturità effettiva tal-elementi;
(c)
il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 ma jintlaħqux mid-data tal-maturità effettiva tal-elementi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|