+Artikolu 493 Dispożizzjonijiet tranżitorji għal skoperturi kbar
---+Artikolu 493 1.
---+Artikolu 493 3.
---+Artikolu 493 4.
---+Artikolu 493 5.
---+Artikolu 493 6.
---+Artikolu 493 7.

Artikolu 493 Dispożizzjonijiet tranżitorji għal skoperturi kbar

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 493 1.
Sas-26 ta’ Ġunju 2021, id-dispożizzjonijiet fuq skoperturi kbar kif stabbiliti fl-Artikoli 387 sa 403) ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal ditti tal-investimenti li n-negozju ewlieni tagħhom jikkonsisti b’mod esklussiv fil-forniment ta’ servizzi tal-investimenti jew f’attivitajiet relatati mal-istrumenti finanzjarji stabbiliti fil-punti (5), (6), (7), (9), (10) u (11) tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE u li għalihom, fil-31 ta’ Diċembru 2006, ma kinitx tapplika d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 42 ).
Artikolu 493 3.

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 400 (2) u (3), ►C1  l-Istati Membri jistgħu, għal perijodu transizzjonali sad-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe att legali wara l-analiżi f’konformità mal-Artikolu 507, iżda mhux wara l-31 ta' Diċembru 2028 jeżentaw kompletament jew parzjalment l-iskoperturi li ġejjin ◄ mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1):

▼M17

(a) 

bonds koperti kif imsemmi fl-Artikolu 129;

▼B

(b) 

elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali tal-Istati Membri fejn dawk il-pretensjonijiet jingħataw piż ta’ riskju ta’ 20 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2 u skoperturi oħra għal jew garantiti minn dawn il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali, pretensjonijiet li fuqhom jingħata piż ta’ riskju ta’ 20 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2;

▼M8

(c) 

skoperturi, inkluż parteċipazzjonijiet jew tipi oħra ta' holdings, imġarrba minn istituzzjoni għall-impriża prinċipali tagħha, għal sussidjarji oħra ta' dik l-impriża prinċipali jew għas-sussidjarji tagħha stess u holdings kwalifikanti, sakemm dawk l-impriżi ma jkunux koperti mis-superviżjoni fuq bażi konsolidata li għaliha tkun soġġetta l-istituzzjoni stess, f'konformità ma' dan ir-Regolament, id-Direttiva 2002/87/KE jew mal-istandards ekwivalenti fis-seħħ f'pajjiż terz.; skoperturi li ma jissodisfawx dawk il-kriterji, kemm jekk ikunu eżentati kif ukoll jekk ma jkunux eżentati mill-Artikolu 395(1) ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għal parti terza;

▼B

(d) 

elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq u skoperturi oħra, inklużi l-parteċipazzjonijiet jew tipi oħra ta’ holdings, għal istituzzjonijiet reġjonali jew ċentrali ta’ kreditu fejn l-istituzzjoni ta’ kreditu tappartjeni lil ’netwerk skont id-dispożizzjonijiet ġuridiċi jew statutorji u li jkunu responsabbli, skont dawn id-dispożizzjonijiet, għall-operazzjonijiet ta’ kklerjar ta’ flus fi ħdan in-netwerk;

(e) 

elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq u skoperturi oħra għal istituzzjonijiet ta’ kreditu mġarrba minn istituzzjonijiet ta’ kreditu, li minnhom waħda topera fuq bażi mhux kompetittiva u li tipprovdi jew tiggarantixxi għoti ta' self skont programmi leġislattivi jew l-istatuti tagħha, biex tippromwovi oqsma speċifiċi tal-ekonomija taħt xi forma ta’ sorveljanza governattiva u restrizzjonijiet fuq l-użu tas-self, bil-kondizzjoni li l-iskoperturi rispettivi joriġinaw minn tali self li jkun mgħoddi lill-benefiċjarji permezz ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew mill-garanziji fuq dan is-self;

(f) 

elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq istituzzjonijiet, u espożizzjonijiet oħra għal istituzzjonijiet, dejjem jekk dawk l-espożizzjonijiet ma jikkostitwixxux il-fondi proprji ta’ istituzzjonijiet bħal dawn u ma jdumux aktar mill-jum tax-xogħol ta’ wara u li mhumiex denominati f’munita kummerċjali ewlenija;

(g) 

elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq banek ċentrali fil-forma ta’ riżervi minimi meħtieġa miżmuma minn dawk il-banek ċentrali li jkunu denominati fil-muniti nazzjonali tagħhom;

(h) 

elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali fil-forma ta’ rekwiżiti statutorji ta’ likwidità miżmuma f’titoli tal-gvern li huma denominati u ffinanzjati fil-muniti nazzjonali bil-kondizzjoni li, fid-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti, il-valutazzjoni tal-kreditu ta’ dawk il-gvernijiet ċentrali assenjati minn ECAI nominata tkun grad ta’ investiment;

▼M17

(i) 

50 % tad-dokumenti ta' kreditu tal-bucket 4 li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ u tal-faċilitajiet ta' kreditu mhux miġbuda tal-bucket 3 li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ imsemmija fl-Anness I b'maturità oriġinali li twassal sa u tinkludi sena u soġġett għall-qbil tal-awtoritajiet kompetenti, 80 % tal-garanziji li mhumiex garanziji fuq self li jkollhom bażi ġuridika jew regolatorja u jingħataw għall-membri tagħhom bi skemi ta' garanzija reċiproka li jkollhom l-istatus ta' istituzzjonijiet ta' kreditu;

▼B

(j) 

il-garanziji legalment meħtieġa li jintużaw meta self b'ipoteka ffinanzjat permezz tal-ħruġ ta' bonds ta’ ipoteki jitħallas lill-mutwatarju tal-ipoteka qabel ir-reġistrazzjoni finali tal-ipoteka fir-reġistru tal-artijiet, bil-kondizzjoni li l-garanzija ma tintużax biex tnaqqas ir-riskju fil-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju;

(k) 

elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq u skoperturi oħra għal boroż rikonoxxuti.

Artikolu 493 4.

B’deroga mill-Artikolu 395(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li l-istituzzjonijiet iġarrbu kwalunkwe skopertura mill-iskoperturi previsti fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, sal-limiti li ġejjin:

(a) 

100 % tal-kapital ta’ Grad 1 tal-istituzzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2018;

(b) 

75 % tal-kapital ta’ Grad 1 tal-istituzzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2019;

(c) 

50 % tal-kapital ta’ Grad 1 tal-istituzzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2020.

Il-limiti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw għall-valuri tal-iskopertura wara li jittieħed kont tal-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu f’konformità mal-Artikoli 399 sa 403.

Artikolu 493 5.

L-arranġamenti transizzjonali stabbiliti fil-paragrafu 4 għandhom japplikaw għall-iskoperturi li ġejjin:

(a) 

entrati ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali, banek ċentrali, jew entitajiet tas-settur pubbliku tal-Istati Membri;

(b) 

entrati ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet iggarantiti espliċitament minn gvernijiet ċentrali, banek ċentrali, jew entitajiet tas-settur pubbliku tal-Istati Membri;

(c) 

skoperturi oħra għal gvernijiet ċentrali, banek ċentrali jew entitajiet tas-settur pubbliku tal-Istati Membri, jew iggarantiti minnhom;

(d) 

entrati ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali tal-Istati Membri trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali f’konformità mal-Artikolu 115(2);

(e) 

skoperturi oħra għal gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali tal-Istati Membri, jew iggarantiti minnhom trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali f’konformità mal-Artikolu 115(2).

Għall-finijiet tal-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, l-arranġamenti transizzjonali stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għal entrati ta’ assi u skoperturi oħra għal entitajiet tas-settur pubbliku, jew iggarantiti minnhom, li jkunu ttrattati bħala skoperturi għal gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali f’konformità mal-Artikolu 116(4). Fejn l-entrati ta’ assi u skoperturi oħra għall-entitajiet tas-settur pubbliku, jew iggarantiti minnhom, ikunu ttrattati bħala skoperturi għal gvern reġjonali jew awtorità lokali f’konformità mal-Artikolu 116(4), l-arranġamenti transizzjonali stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss fejn l-iskoperturi għal dak il-gvern reġjonali jew awtorità lokali jkunu ttrattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali f’konformità mal-Artikolu 115(2).

Artikolu 493 6.

L-arranġamenti transizzjonali stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss fejn skopertura msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-iskopertura tiġi allokata ponderazzjoni tar-riskju ta’ 0 % skont il-verżjoni tal-Artikolu 495(2) fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2017;

(b) 

l-iskopertura tkun iġġarrbet fi jew wara t-12 ta’ Diċembru 2017.

Artikolu 493 7.
Skopertura kif imsemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu li tkun iġġarrbet qabel it-12 ta’ Diċembru 2017 u li fil-31 ta’ Diċembru 2017 ġiet assenjata ponderazzjoni tar-riskju ta’ 0 % f’konformità mal-Artikolu 495(2) għandha tiġi eżentata mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.