+Artikolu 493 3.

Artikolu 493 3.

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 400 (2) u (3), ►C1  l-Istati Membri jistgħu, għal perijodu transizzjonali sad-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe att legali wara l-analiżi f’konformità mal-Artikolu 507, iżda mhux wara l-31 ta' Diċembru 2028 jeżentaw kompletament jew parzjalment l-iskoperturi li ġejjin ◄ mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1):

▼M17

(a) 

bonds koperti kif imsemmi fl-Artikolu 129;

▼B

(b) 

elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali tal-Istati Membri fejn dawk il-pretensjonijiet jingħataw piż ta’ riskju ta’ 20 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2 u skoperturi oħra għal jew garantiti minn dawn il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali, pretensjonijiet li fuqhom jingħata piż ta’ riskju ta’ 20 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2;

▼M8

(c) 

skoperturi, inkluż parteċipazzjonijiet jew tipi oħra ta' holdings, imġarrba minn istituzzjoni għall-impriża prinċipali tagħha, għal sussidjarji oħra ta' dik l-impriża prinċipali jew għas-sussidjarji tagħha stess u holdings kwalifikanti, sakemm dawk l-impriżi ma jkunux koperti mis-superviżjoni fuq bażi konsolidata li għaliha tkun soġġetta l-istituzzjoni stess, f'konformità ma' dan ir-Regolament, id-Direttiva 2002/87/KE jew mal-istandards ekwivalenti fis-seħħ f'pajjiż terz.; skoperturi li ma jissodisfawx dawk il-kriterji, kemm jekk ikunu eżentati kif ukoll jekk ma jkunux eżentati mill-Artikolu 395(1) ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għal parti terza;

▼B

(d) 

elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq u skoperturi oħra, inklużi l-parteċipazzjonijiet jew tipi oħra ta’ holdings, għal istituzzjonijiet reġjonali jew ċentrali ta’ kreditu fejn l-istituzzjoni ta’ kreditu tappartjeni lil ’netwerk skont id-dispożizzjonijiet ġuridiċi jew statutorji u li jkunu responsabbli, skont dawn id-dispożizzjonijiet, għall-operazzjonijiet ta’ kklerjar ta’ flus fi ħdan in-netwerk;

(e) 

elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq u skoperturi oħra għal istituzzjonijiet ta’ kreditu mġarrba minn istituzzjonijiet ta’ kreditu, li minnhom waħda topera fuq bażi mhux kompetittiva u li tipprovdi jew tiggarantixxi għoti ta' self skont programmi leġislattivi jew l-istatuti tagħha, biex tippromwovi oqsma speċifiċi tal-ekonomija taħt xi forma ta’ sorveljanza governattiva u restrizzjonijiet fuq l-użu tas-self, bil-kondizzjoni li l-iskoperturi rispettivi joriġinaw minn tali self li jkun mgħoddi lill-benefiċjarji permezz ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew mill-garanziji fuq dan is-self;

(f) 

elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq istituzzjonijiet, u espożizzjonijiet oħra għal istituzzjonijiet, dejjem jekk dawk l-espożizzjonijiet ma jikkostitwixxux il-fondi proprji ta’ istituzzjonijiet bħal dawn u ma jdumux aktar mill-jum tax-xogħol ta’ wara u li mhumiex denominati f’munita kummerċjali ewlenija;

(g) 

elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq banek ċentrali fil-forma ta’ riżervi minimi meħtieġa miżmuma minn dawk il-banek ċentrali li jkunu denominati fil-muniti nazzjonali tagħhom;

(h) 

elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali fil-forma ta’ rekwiżiti statutorji ta’ likwidità miżmuma f’titoli tal-gvern li huma denominati u ffinanzjati fil-muniti nazzjonali bil-kondizzjoni li, fid-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti, il-valutazzjoni tal-kreditu ta’ dawk il-gvernijiet ċentrali assenjati minn ECAI nominata tkun grad ta’ investiment;

▼M17

(i) 

50 % tad-dokumenti ta' kreditu tal-bucket 4 li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ u tal-faċilitajiet ta' kreditu mhux miġbuda tal-bucket 3 li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ imsemmija fl-Anness I b'maturità oriġinali li twassal sa u tinkludi sena u soġġett għall-qbil tal-awtoritajiet kompetenti, 80 % tal-garanziji li mhumiex garanziji fuq self li jkollhom bażi ġuridika jew regolatorja u jingħataw għall-membri tagħhom bi skemi ta' garanzija reċiproka li jkollhom l-istatus ta' istituzzjonijiet ta' kreditu;

▼B

(j) 

il-garanziji legalment meħtieġa li jintużaw meta self b'ipoteka ffinanzjat permezz tal-ħruġ ta' bonds ta’ ipoteki jitħallas lill-mutwatarju tal-ipoteka qabel ir-reġistrazzjoni finali tal-ipoteka fir-reġistru tal-artijiet, bil-kondizzjoni li l-garanzija ma tintużax biex tnaqqas ir-riskju fil-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju;

(k) 

elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq u skoperturi oħra għal boroż rikonoxxuti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.