+Artikolu 501c Trattament prudenzjali tal-iskoperturi għal fatturi ambjentali jew soċjali
---+Artikolu 501c 1.
---+Artikolu 501c 2.
|
Artikolu 501c Trattament prudenzjali tal-iskoperturi għal fatturi ambjentali jew soċjali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 501c 1.
|
L-EBA, wara li tikkonsulta lill-BERS, għandha, abbażi tad-data disponibbli, tivvaluta jekk għandux jiġi aġġustat it-trattament prudenzjali ddedikat tal-iskoperturi relatati ma' assi jew obbligazzjonijiet, soġġett għall-impatt ta’ fatturi ambjentali jew soċjali. B'mod partikolari, l-EBA għandha tivvaluta:
(a)
id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ta' data ESG affidabbli u konsistenti għal kull klassi tal-iskoperturi ddeterminata f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II;
(b)
f'konsultazzjoni mal-EIOPA, il-fattibbiltà li tiġi introdotta metodoloġija standardizzata biex jiġu identifikati u kkwalifikati l-iskoperturi, għal kull klassi tal-iskoperturi ddeterminata f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, abbażi ta' sett komuni ta' prinċipji għall-klassifikazzjoni tar-riskju tal-ESG, bl-użu tal-informazzjoni dwar ir-riskju ta' tranżizzjoni u l-indikaturi tar-riskju fiżiku magħmula disponibbli mill-oqfsa ta' rapportar tad-divulgazzjoni dwar is-sostenibbiltà adottati fl-Unjoni u fejn ikunu disponibbli internazzjonalment, il-gwida u l-konklużjonijiet li ġejjin mill-ittestjar superviżorju tal-istress jew l-analiżi tax-xenarji tar-riskji finanzjarji relatati mal-klima mwettqa mill-EBA jew mill-awtoritajiet kompetenti u jekk jiġu riflessi b'mod xieraq ir-riskji tal-ESG, il-punteġġ rilevanti tal-ESG tal-klassifikazzjoni tar-riskju ta' kreditu minn ECAI nominata;
(c)
il-livell ta' riskju effettiv ta' skoperturi relatati ma' assi u attivitajiet soġġetti għall-impatt ta' fatturi ambjentali jew soċjali meta mqabbel mal-livell ta' riskju ta' skoperturi oħra u r-reviżjonijiet addizzjonali u aktar komprensivi possibbli għall-qafas li għandhom jitqiesu, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi miftiehma fil-livell internazzjonali mill-BCBS;
(d)
l-effetti potenzjali fuq terminu qasir, medju u twil ta' trattament prudenzjali aġġustat ta' skoperturi relatati ma' assi u attivitajiet soġġetti għall-impatt ta' fatturi ambjentali jew soċjali fuq l-istabbiltà finanzjarja u s-self bankarju fl-Unjoni;
(e)
it-titjib immirat li jista' jitqies fil-qafas prudenzjali attwali.
|
|
Artikolu 501c 2.
|
L-EBA għandha tippreżenta rapporti suċċessivi dwar is-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sad-dati li ġejjin:
(a)
sad-9 ta’ Lulju 2024 għall-valutazzjonijiet meħtieġa skont il-paragrafu 1, il-punt (e);
(b)
sal-31 ta' Diċembru 2024 għall-valutazzjonijiet meħtieġa skont il-paragrafu 1, il-punti (a) u (b);
(c)
sal-31 ta' Diċembru 2025 għall-valutazzjonijiet meħtieġa skont il-paragrafu 1, il-punti (c) u (d).
Abbażi ta' dawk ir-rapporti tal-EBA, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva sal-31 ta’ Diċembru 2026.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|