+TITOLU II RAPPORTI U ANALIŻI
---+Artikolu 501c Trattament prudenzjali tal-iskoperturi għal fatturi ambjentali jew soċjali
------+Artikolu 501c 1.
------+Artikolu 501c 2.
---+Artikolu 501d Dispożizzjonijiet tranżizzjonali dwar it-trattament prudenzjali tal-kriptoassi
------+Artikolu 501d 1.
------+Artikolu 501d 2.
------+Artikolu 501d 3.
------+Artikolu 501d 4.
------+Artikolu 501d 5.
------+Artikolu 501d 6.
---+Artikolu 502 Ċikliċità tar-rekwiżiti tal-kapital
---+Artikolu 503 Rekwiżiti ta’ fondi proprji għal skoperturi fil-forma ta’ bonds koperti
------+Artikolu 503 1.
------+Artikolu 503 2.
------+Artikolu 503 3.
------+Artikolu 503 4.
---+Artikolu 504 Strumenti kapitali sottoskritti mill-awtoritajiet pubbliċi f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza
---+Artikolu 504a Holdings ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
---+Artikolu 505 Rieżami tal-finanzjament agrikolu
------+Artikolu 505 1.
------+Artikolu 505 2.
------+Artikolu 505 3.
---+Artikolu 506 Riskju ta' kreditu – assigurazzjoni ta' kreditu
---+Artikolu 506a CIUs b’portafoll sottostanti ta’ bonds sovrani taż-żona tal-euro
---+Artikolu 506b Titolizzazzjonijiet tal-NPE
------+Artikolu 506b 1.
------+Artikolu 506b 2.
---+Artikolu 506c Riskju ta' kreditu – interazzjoni bejn it-tnaqqis tal-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 u l-parametri tar-riskju ta' kreditu
---+Artikolu 506d Trattament prudenzjali ta' titolizzazzjoni
------+Artikolu 506d 1.
------+Artikolu 506d 2.
------+Artikolu 506d 3.
---+Artikolu 506e Rikonoxximent ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata massima jew minima
------+Artikolu 506e 1.
------+Artikolu 506e 2.
---+Artikolu 506f Trattament prudenzjali tat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli
---+Artikolu 507 Skoperturi kbar
------+Artikolu 507 1.
------+Artikolu 507 2.
---+Artikolu 508 Livell ta' applikazzjoni
---+Artikolu 509 Rekwiżiti ta' likwidità
------+Artikolu 509 1.
------+Artikolu 509 2.
------+Artikolu 509 3.
------+Artikolu 509 4.
------+Artikolu 509 5.
---+Artikolu 510 Rekwiżiti ta’ Finanzjament Stabbli Nett
------+Artikolu 510 1.
------+Artikolu 510 2.
------+Artikolu 510 3.
------+Artikolu 510 4.
------+Artikolu 510 5.
------+Artikolu 510 6.
------+Artikolu 510 9.
------+Artikolu 510 10.
------+Artikolu 510 11.
---+Artikolu 511 Lieva finanzjarja
------+Artikolu 511 1.
------+Artikolu 511 2.
---+Artikolu 512 Skoperturi għal riskju ta’ kreditu trasferit
---+Artikolu 513 Regoli makroprudenzjali
------+Artikolu 513 1.
------+Artikolu 513 2.
---+Artikolu 514 Metodu għall-kalkolu tal-valur ta' skopertura ta' tranżazzjonijiet derivattivi
------+Artikolu 514 1.
------+Artikolu 514 2.
---+Artikolu 515 Monitoraġġ u evalwazzjoni
------+Article 515 1.
------+Artikolu 515 2.
------+Artikolu 515 3.
---+Artikolu 516 Finanzjament fit-tul
---+Artikolu 517 Definizzjoni tal-kapital eliġibbli
---+Artikolu 518 Analiżi tal-istrumenti tal-kapital li jistgħu jiġu sottoskritti jew jiġu kkonvertiti fil-punt ta' non-vijabbiltà
---+Artikolu 518a Analiżi tad-dispożizzjonijiet ta' inadempjenza indiretta
---+Artikolu 518b Rapport dwar qabżiet fil-valur u s-setgħat superviżorji biex jiġu limitati d-distribuzzjonijiet
---+Artikolu 518c Rieżami tal-qafas għar-rekwiżiti prudenzjali
---+Article 519 Tnaqqis tal-assi tal-fondi tal-pensjonijiet b’benefiċċji definiti mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1
---+Artikolu 519a Rapportar u rieżami
---+Artikolu 519b Rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq
------+Artikolu 519b 1.
------+Artikolu 519b 2.

TITOLU II RAPPORTI U ANALIŻI

TITOLU II RAPPORTI U ANALIŻI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 501c Trattament prudenzjali tal-iskoperturi għal fatturi ambjentali jew soċjali -
Artikolu 501d Dispożizzjonijiet tranżizzjonali dwar it-trattament prudenzjali tal-kriptoassi -
Artikolu 502 Ċikliċità tar-rekwiżiti tal-kapital

Artikolu 502

Ċikliċità tar-rekwiżiti tal-kapital

Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-ABE, mal-BERS u mal-Istati Membri, u billi tikkunsidra l-opinjoni tal-BĊE, għandha tissorvelja b’mod perijodiku jekk dan ir-Regolament sħiħ, flimkien mad-Direttiva 2013/36/UE għandux effetti sinifikanti fuq iċ-ċiklu ekonomiku u, fid-dawl ta’ dak l-eżami, għandha tikkunsidra jekk humiex ġustifikati xi miżuri ta’ rimedju. Sal-31 ta’ Diċembru 2013, l-ABE għandha tirrapporta għand il-Kummissjoni jekk il-metodoloġiji tal-istituzzjonijiet skont l-Approċċ IRB għandhomx jikkonverġu bil-għan li jinkisbu rekwiżiti tal-kapital aktar komparabbli filwaqt li tiġi mitigata l-proċikliċità u kif dan jista’ jseħħ.

Ibbażata fuq dik l-analiżi u billi tiġi kkunsidrata l-opinjoni tal-BĊE, kull sentejn il-Kummissjoni għandha tħejji rapport u tissottomettih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposta xierqa. Kontribuzzjonijiet minn partijiet ta’ teħid ta’ kreditu u dawk ta’ self ta’ kreditu għandhom jiġu rikonoxxuti b’mod adegwat meta jitfassal ir-rapport.

Sal-31 ta’ Diċembru 2014 il-Kummissjoni għandha tanalizza u tirrapporta dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 33(1)(c) u għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' proposta leġislattiva jekk xieraq.

Fir-rigward tat-tħassir potenzjali tal-Artikolu 33(1)(c) u l-applikazzjoni potenzjali tiegħu fil-livell tal-Unjoni, l-analiżi għandha b'mod partikolari tiżgura li jkunu fis-seħħ salvagwardji suffiċjenti biex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kollha.

Artikolu 503 Rekwiżiti ta’ fondi proprji għal skoperturi fil-forma ta’ bonds koperti -
Artikolu 504 Strumenti kapitali sottoskritti mill-awtoritajiet pubbliċi f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza

Artikolu 504

Strumenti kapitali sottoskritti mill-awtoritajiet pubbliċi f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza

Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2016, wara li tikkonsulta lill-ABE, tagħti rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposti xierqa, jekk it-trattament stabbilit fl-Artikolu 31 jeħtiġx jiġi emendat jew imneħħi.

Artikolu 504a Holdings ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

Artikolu 504a

Holdings ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

Sat-28 ta' Ġunju 2022 l-ABE għandha tagħti rapport lill-Kummissjoni dwar l-ammonti u d-distribuzzjoni tal-holdings ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli fost l-istituzzjonijiet identifikati bħala G-SIIs jew O-SIIs u dwar l-impedimenti potenzjali għar-riżoluzzjoni u r-riskju ta' kontaġju fir-rigward ta' dawk il-holdings.

Abbażi tar-rapport mill-ABE, il-Kummissjoni għandha, sat-28 ta' Ġunju 2023, tagħti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-trattament adatt ta' tali holdings, akkumpanjat minn proposta leġislattiva, fejn ikun adatt.

Artikolu 505 Rieżami tal-finanzjament agrikolu -
Artikolu 506 Riskju ta' kreditu – assigurazzjoni ta' kreditu

Artikolu 506

Riskju ta' kreditu – assigurazzjoni ta' kreditu

Sat-30 ta' Ġunju 2024, l-EBA għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-EIOPA, tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-eliġibbiltà u l-użu tal-polza tal-assigurazzjoni ta' kreditu bħala teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu, inkluż dwar:

(a) 

l-adegwatezza tal-parametri tar-riskju assoċjati msemmija fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitoli 3 u 4;

(b) 

analiżi tal-livell ta' riskju effettiv u osservat tal-iskoperturi għar-riskju ta' kreditu meta assigurazzjoni ta' kreditu tkun ġiet rikonoxxuta bħala teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu;

(c) 

il-konsistenza tar-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti f'dan ir-Regolament bl-eżiti tal-analiżi skont il-punti (a) u (b).

Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2024 biex temenda t-trattament applikabbli għall-assigurazzjoni ta' kreditu msemmi fil-Parti Tlieta, it-Titolu II.

Artikolu 506a CIUs b’portafoll sottostanti ta’ bonds sovrani taż-żona tal-euro

Artikolu 506a

CIUs b’portafoll sottostanti ta’ bonds sovrani taż-żona tal-euro

F’kooperazzjoni mill-qrib mal-BERS u l-EBA, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport sal-31 ta’ Diċembru 2021 li fih għandha tivvaluta jekk humiex meħtieġa bidliet fil-qafas regolatorju biex jiġi promoss is-suq, u x-xiri mill-banek, tal-iskoperturi fil-forma ta’ unitajiet jew ishma f’CIUs b’portafoll sottostanti li jikkonsisti esklussivament f’bonds sovrani tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, meta l-piż relattiv tal-bonds sovrani ta’ kull Stat Membru fil-portafoll totali tas-CIU jkun ugwali għall-piż relattiv tal-kontribuzzjoni kapitali ta’ kull Stat Membru lill-BĊE.

Artikolu 506b Titolizzazzjonijiet tal-NPE -
Artikolu 506c Riskju ta' kreditu – interazzjoni bejn it-tnaqqis tal-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 u l-parametri tar-riskju ta' kreditu

Artikolu 506c

Riskju ta' kreditu – interazzjoni bejn it-tnaqqis tal-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 u l-parametri tar-riskju ta' kreditu

Sal-31 ta' Diċembru 2026, l-EBA għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar il-konsistenza bejn il-kejl attwali tar-riskju ta' kreditu u l-parametri individwali tar-riskju ta' kreditu u dwar it-trattament ta' kwalunkwe aġġustament għall-fini tal-komputazzjoni tan-nuqqas tal-IRB jew l-eċċess tal-IRB kif imsemmi fl-Artikolu 159, u dwar il-konsistenza tagħha mad-determinazzjoni tal-valur tal-iskopertura f'konformità mal-Artikolu 166 u mal-istima tal-LGD.

Dak ir-rapport għandu jqis it-telf ekonomiku massimu possibbli li jirriżulta minn avveniment ta' inadempjenza flimkien mal-kopertura miksuba tiegħu f'termini ta' tnaqqis tal-kapital tal-Ekwità Komuni ta' Grad 1, filwaqt li jitqies kwalunkwe tnaqqis tal-kapital tal-Ekwità Komuni ta' Grad 1 ibbażat fuq il-kontabilità, inkluż minn telf ta' kreditu mistenni jew minn aġġustamenti fil-valur ġust, u kwalunkwe skont fuq l-iskoperturi riċevuti, u l-implikazzjonijiet tagħhom għat-tnaqqis regolatorju.

Artikolu 506d Trattament prudenzjali ta' titolizzazzjoni -
Artikolu 506e Rikonoxximent ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata massima jew minima -
Artikolu 506f Trattament prudenzjali tat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli

Artikolu 506f

Trattament prudenzjali tat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli

Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-EBA għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-impatt tal-qafas il-ġdid għat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli f'termini ta' rekwiżiti ta' fondi proprji attribwiti għat-tranżazzjonijiet korrispondenti ta' finanzjament tat-titoli li min-natura tagħhom huma attivitajiet fuq terminu qasir ħafna, b'enfasi partikolari fuq l-impatt possibbli tiegħu fuq is-swieq tad-dejn sovran b'mod partikolari f'termini tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tas-suq u l-ispiża.

L-EBA għandha tivvaluta jekk rikalibrar tal-piżijiet tar-riskju assoċjati fl-approċċ standardizzat tkunx xierqa, minħabba r-riskji assoċjati fir-rigward ta' maturitajiet ta' terminu qasir, speċifikament għal maturitajiet residwi ta' inqas minn sena.

Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, meta jkun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2027.

Artikolu 507 Skoperturi kbar -
Artikolu 508 Livell ta' applikazzjoni

Artikolu 508

Livell ta' applikazzjoni

1.  
Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tanalizza u tirraporta dwar l-applikazzjoni tal-Parti Wieħed, it-Titolu II, u l-Artikolu 113(6) u (7) u għandha tissottometti dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkine ma' proposta leġislattiva jekk xieraq.

▼M9 —————

▼B

Artikolu 509 Rekwiżiti ta' likwidità -
Artikolu 510 Rekwiżiti ta’ Finanzjament Stabbli Nett -
Artikolu 511 Lieva finanzjarja -
Artikolu 512 Skoperturi għal riskju ta’ kreditu trasferit

Artikolu 512

Skoperturi għal riskju ta’ kreditu trasferit

Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tirrapporta għand il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-applikazzjoni u l-effettività tad-dispożizzjonijiet tal-Parti Ħamsa fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq internazzjonali.

Artikolu 513 Regoli makroprudenzjali -
Artikolu 514 Metodu għall-kalkolu tal-valur ta' skopertura ta' tranżazzjonijiet derivattivi -
Artikolu 515 Monitoraġġ u evalwazzjoni -
Artikolu 516 Finanzjament fit-tul

Artikolu 516

Finanzjament fit-tul

Sal-31 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-impatt ta' dan ir-Regolament dwar l-inkoraġġiment ta' investimenti fit-tkabbir fit-tul li jippromwovu l-infrastruttura sal-31 ta’ Diċembru 2015.

Artikolu 517 Definizzjoni tal-kapital eliġibbli

Artikolu 517

Definizzjoni tal-kapital eliġibbli

Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tanalizza u tirrapporta dwar l-adegwatezza tad-definizzjoni tal-kapital eliġibbli applikata għall-finijiet tat-Titolu III tal-Parti Tnejn u l-Parti Erbgħa u għandha tissottometti dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u, jekk ikun xieraq, tagħmel proposta leġislattiva.

Artikolu 518 Analiżi tal-istrumenti tal-kapital li jistgħu jiġu sottoskritti jew jiġu kkonvertiti fil-punt ta' non-vijabbiltà

Artikolu 518

Analiżi tal-istrumenti tal-kapital li jistgħu jiġu sottoskritti jew jiġu kkonvertiti fil-punt ta' non-vijabbiltà

Sal-31 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tanalizza u tirrapporta dwar jekk dan ir-Regolament għandux ikun fih rekwiżit li strumenti tal-kapital tal-Grad 1 jew Grad 2 Addizzjonali għandhom jiġu sottoskritti fil-każ li jiġi determinat li istituzzjoni m'għadhiex vijabbli. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġislattiva, fejn adatt.

Artikolu 518a Analiżi tad-dispożizzjonijiet ta' inadempjenza indiretta

Artikolu 518a

Analiżi tad-dispożizzjonijiet ta' inadempjenza indiretta

Sat-28 ta' Ġunju 2022, il-Kummissjoni għandha tanalizza u tivvaluta jekk ikunx adatt rekwiżit li obbligazzjonijiet eliġibbli jkunu jistgħu jiġu rikapitalizzati internament mingħajr ma jiġu skattati klawżoli ta' inadempjenza indiretta f'kuntratti oħra, bil-ħsieb li kemm jista' jkun tissaħħaħ l-effettività tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna u jiġi valutat jekk għandhiex tkun inkluża dispożizzjoni ta' ebda inadempjenza indiretta li tirreferi għal obbligazzjonijiet eliġibbli fit-termini jew il-kuntratti li jirregolaw obbligazzjonijiet oħra. Fejn adatt, dik l-analiżi u l-valutazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati minn proposta leġislattiva.

Artikolu 518b Rapport dwar qabżiet fil-valur u s-setgħat superviżorji biex jiġu limitati d-distribuzzjonijiet

Artikolu 518b

Rapport dwar qabżiet fil-valur u s-setgħat superviżorji biex jiġu limitati d-distribuzzjonijiet

Sal-31 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jekk ċirkostanzi eċċezzjonali li jikkawżaw disturb ekonomiku serju fil-funzjonament regolat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jiġġustifikawx li:

(a) 

matul tali perijodi, l-awtoritajiet kompetenti jitħallew jeskludu mill-mudelli interni tar-riskju tas-suq tal-istituzzjonijiet il-qabżiet fil-valur li ma jirriżultawx minn nuqqasijiet f’dawk il-mudelli;

(b) 

matul tali perijodi, jingħataw setgħat vinkolanti addizzjonali lill-awtoritajiet kompetenti biex jimponu restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet mill-istituzzjonijiet.

Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra miżuri ulterjuri, jekk xieraq.

Artikolu 518c Rieżami tal-qafas għar-rekwiżiti prudenzjali

Artikolu 518c

Rieżami tal-qafas għar-rekwiżiti prudenzjali

Sal-31 ta' Diċembru 2028, il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sitwazzjoni ġenerali tas-sistema bankarja fis-suq uniku, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u l-BĊE, u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-adegwatezza tal-oqfsa regolatorji u superviżorji tal-Unjoni għas-settur bankarju.

Dak ir-rapport għandu jqis ir-riformi fis-settur bankarju li seħħew wara l-kriżi finanzjarja l-kbira u jivvaluta jekk dawn jiżgurawx livell adegwat ta' protezzjoni tad-depożitanti u jissalvagwardjawx l-istabbiltà finanzjarja fil-livell tal-Istati Membri, tal-unjoni bankarja u tal-Unjoni.

Dak ir-rapport għandu jqis ukoll id-dimensjonijiet kollha tal-unjoni bankarja, kif ukoll l-implimentazzjoni tal-minimu tal-output bħala parti mir-rekwiżiti tal-kapital u tal-likwidità b'mod aktar ġenerali. F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kif xieraq id-dikjarazzjonijiet u l-konklużjonijiet korrispondenti dwar l-unjoni bankarja kemm tal-Parlament Ewropew kif ukoll tal-Kunsill Ewropew.

Article 519 Tnaqqis tal-assi tal-fondi tal-pensjonijiet b’benefiċċji definiti mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1

Article 519

Tnaqqis tal-assi tal-fondi tal-pensjonijiet b’benefiċċji definiti mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1

Sat-30 ta’ Ġunju 2014, l-ABE għandha tħejji rapport dwar jekk l-ISA 19 rivedut, flimkien mat-tnaqqis tal-assi netti tal-pensjonijiet kif stipulat fl-Artikolu 36(1)(e) u bidliet fil-passivi netti tal-pensjonijiet iwasslux għal volatilità indebita tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet.

B'kont meħud tar-rapport tal-ABE, il-Kummissjoni għandha tħejji sal-31 ta’ Diċembru 2014, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kwistjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, flimkien ma' proposta leġislattiva, jekk xieraq, għall-introdizzjoni ta' trattament li jaġġusta l-assi u l-passivi netti tal-fondi tal-pensjonijiet b’benefiċċji definiti għall-kalkolu tal-fondi proprji.

Artikolu 519a Rapportar u rieżami

Artikolu 519a

Rapportar u rieżami

Sa l-1 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fil-Kapitolu 5 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta fid-dawl tal-iżviluppi fis-swieq tat-titolizzazzjoni, inkluż minn perspettiva makroprudenzjali u ekonomika. Dak ir-rapport għandu, jekk ikun adatt, ikun akkumpanjat minn proposta leġislattiva u għandu, b’mod partikolari, jivvaluta l-punti li ġejjin:

(a) 

l-impatt tal-ġerarkija tal-metodi stabbiliti fl-Artikolu 254 u tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni kif stabbilit fl-Artikoli 258 sa 266 dwar l-attività tal-ħruġ u l-investiment minn istituzzjonijiet fis-swieq tat-titolizzazzjoni fl-Unjoni;

(b) 

l-effetti fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni u l-Istati Membri, b’fokus partikolari fuq spekulazzjoni potenzjali fuq is-suq tal-proprjetà immobbli u interkonnettività akbar bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji;

(c) 

liema miżuri jkunu meħtieġa biex jitnaqqas u jingħeleb kwalunkwe effett negattiv ta’ titolizzazzjonijiet fuq l-istabbiltà finanzjarja filwaqt li jinżamm l-effett pożittiv tagħha fuq il-finanzjament, inkluż l-introduzzjoni possibbli ta’ limitu massimu fuq l-iskopertura għat-titolizzazzjonijiet; u

(d) 

l-effetti fuq il-kapaċità tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jipprovdu mezz ta’ finanzjament sostenibbli u stabbli għall-ekonomija reali, b’attenzjoni partikolari għall-SMEs; u

▼M13

(e) 

il-mod kif il-kriterji tas-sostenibbiltà ambjentali jistgħu jiġu integrati fil-qafas tat-titolizzazzjoni, inkluż għall-iskoperturi għal titolizzazzjonijiet NPE.

▼M5

Ir-rapport għandu jikkunsidra wkoll l-iżviluppi regolatorji f’fora internazzjonali, b’mod partikolari dawk marbutin mal-istandards internazzjonali dwar it-titolizzazzjoni.

Artikolu 519b Rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq -

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.