+Artikolu 501d Dispożizzjonijiet tranżizzjonali dwar it-trattament prudenzjali tal-kriptoassi
---+Artikolu 501d 1.
---+Artikolu 501d 2.
---+Artikolu 501d 3.
---+Artikolu 501d 4.
---+Artikolu 501d 5.
---+Artikolu 501d 6.

Artikolu 501d Dispożizzjonijiet tranżizzjonali dwar it-trattament prudenzjali tal-kriptoassi

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 501d 1.

Sat-30 ta' Ġunju 2025, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jiġi introdott trattament prudenzjali ddedikat għall-iskoperturi tal-kriptoassi, filwaqt li jitqiesu l-istandards internazzjonali u r-Regolament (UE) 2023/1114. Dik il-proposta leġiżlattiva għandha tinkludi dan li ġej:

(a) 

kriterji għall-assenjazzjoni tal-kriptoassi għal kategoriji differenti tal-kriptoassi abbażi tal-karatteristiċi tar-riskju tagħhom u l-konformità tagħhom ma' kundizzjonijiet speċifiċi;

(b) 

rekwiżiti speċifiċi ta' fondi proprji għar-riskji kollha li jinvolvu kriptoassi differenti;

(c) 

limitu aggregat għall-iskoperturi għal tipi speċifiċi ta' kriptoassi;

(d) 

rekwiżiti speċifiċi tal-proporzjon tal-lieva għall-iskoperturi tal-kriptoassi;

(e) 

setgħat superviżorji speċifiċi fir-rigward tal-assenjazzjoni, il-monitoraġġ u l-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi tal-kriptoassi;

(f) 

rekwiżiti speċifiċi ta' likwidità għall-iskoperturi tal-kriptoassi;

(g) 

rekwiżiti ta' divulgazzjoni u rapportar.

Artikolu 501d 2.

Sad-data tal-applikazzjoni tal-att leġiżlattiv imsemmi fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għall-iskoperturi tal-kriptoassi kif ġej:

(a) 

l-iskoperturi tal-kriptoassi għal assi tradizzjonali tokenizzati għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għall-assi tradizzjonali li jirrappreżentaw;

(b) 

l-iskoperturi għal tokens irreferenzjati ma' assi li l-emittenti tagħhom jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2023/1114 u li jirreferu għal assi tradizzjonali wieħed jew aktar għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 250 %;

(c) 

l-iskoperturi tal-kriptoassi li mhumiex dawk imsemmija fil-punti (a) u (b) għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 1 250  %.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-iskoperturi tal-kriptoassi għal assi tradizzjonali tokenizzati li l-valuri tagħhom jiddependu minn kwalunkwe kriptoassi ieħor għandhom jiġu assenjati għall-punt (c).

Artikolu 501d 3.
Il-valur tal-iskopertura totali ta' istituzzjoni għall-kriptoassi għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), m'għandux jaqbeż 1 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni.
Artikolu 501d 4.
Istituzzjoni li taqbeż il-limitu stabbilit fil-paragrafu 3 għandha tinnotifika minnufih lill-awtorità kompetenti dwar il-ksur u għandha turi ritorn f'waqtu għall-konformità għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti.
Artikolu 501d 5.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-elementi tekniċi meħtieġa għall-istituzzjonijiet biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom f'konformità mal-approċċi stabbiliti fil-paragrafu 2, il-punti (b) u (c), inkluż kif jiġi kkalkulat il-valur tal-iskoperturi u kif jiġu aggregati l-iskoperturi qosra u twal għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3.

Meta tiżviluppa dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji, l-EBA għandha tqis l-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS kif ukoll l-awtorizzazzjonijiet eżistenti fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2023/1114.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2025.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 501d 6.
Għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għall-iskoperturi tal-kriptoassi, l-istituzzjonijiet m'għandhomx japplikaw it-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 36(1), il-punt (b).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.