+Artikolu 506d Trattament prudenzjali ta' titolizzazzjoni
---+Artikolu 506d 1.
---+Artikolu 506d 2.
---+Artikolu 506d 3.
|
Artikolu 506d Trattament prudenzjali ta' titolizzazzjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 506d 1.
|
Sal-31 ta' Diċembru 2026, l-EBA, f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-ESMA, għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar it-trattament prudenzjali tat-tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni, filwaqt li tiddistingwi bejn tipi differenti ta' titolizzazzjonijiet, inkluż titolizzazzjonijiet sintetiċi, bejn l-oriġinaturi u l-investituri, u bejn tranżazzjonijiet STS u mhux STS.
|
|
Artikolu 506d 2.
|
B'mod partikolari, l-EBA għandha timmonitorja l-użu tal-arranġament tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 465(13) u tivvaluta l-punt sa fejn l-applikazzjoni tal-minimu tal-output għal skoperturi ta' titolizzazzjoni taffettwa t-tnaqqis tal-kapital miksub mill-istituzzjonijiet oriġinaturi fi tranżazzjonijiet li għalihom ikun ġie rikonoxxut trasferiment tar-riskju sinifikanti, tnaqqas b'mod eċċessiv is-sensittività għar-riskju u taffettwa l-vijabbiltà ekonomika ta' tranżazzjonijiet ġodda ta' titolizzazzjoni. F'każijiet bħal dawn ta' tnaqqis tas-sensittivitajiet għar-riskju, l-EBA tista' tqis li tipproponi rikalibrar 'l isfel tal-fatturi ta' non-newtralità għal tranżazzjonijiet li għalihom ikun ġie rikonoxxut trasferiment tar-riskju sinifikanti. L-EBA għandha tivvaluta wkoll l-adegwatezza tal-fatturi ta' non-newtralità kemm skont is-SEC-SA kif ukoll skont is-SEC-IRBA, filwaqt li tqis il-prestazzjoni storika tal-kreditu tat-tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni fl-Unjoni u r-riskji mnaqqsa tal-mudell u tal-aġenzija tal-qafas ta' titolizzazzjoni.
|
|
Artikolu 506d 3.
|
Abbażi ta' dak ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2027.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|