+Artikolu 513 Regoli makroprudenzjali
---+Artikolu 513 1.
---+Artikolu 513 2.
|
Artikolu 513 Regoli makroprudenzjali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 513 1.
|
Sat-30 ta' Ġunju 2022, u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni tal-BERS u l-ABE, tanalizza jekk ir-regoli makroprudenzjali f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE humiex suffiċjenti biex jittaffew ir-riskji sistemiċi fis-setturi, ir-reġjuni u l-Istati Membri inkluż il-valutazzjoni ta':
(a)
jekk l-għodod makroprudenzjali attwali f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE humiex effettivi, effiċjenti u trasparenti;
(b)
jekk il-kopertura u l-gradi possibbli ta' koinċidenza bejn l-għodod makroprudenzjali differenti biex jiġu mmirati riskji simili f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE humiex adegwati u, jekk adatt, tipproponi regoli makroprudenzjali ġodda;
(c)
kif l-istandards internazzjonalment maqbula għal istituzzjonijiet sistemiċi jinteraġixxu mad-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE u, jekk adatt, tipproponi regoli ġodda filwaqt li tieħu kont ta' dawk l-istandards internazzjonalment maqbula;
(d)
jekk għandhomx jiżdiedu tipi oħra ta' strumenti, bħal strumenti bbażati fuq min jissellef, mal-għodod makroprudenzjali previsti f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE biex jikkomplementaw strumenti bbażati fuq il-kapital u biex jippermettu l-użu armonizzat tal-istrumenti fis-suq intern; b'kunsiderazzjoni ta' jekk hemmx prerekwiżit ta' definizzjonijiet armonizzati ta' dawk l-istrumenti u tar-rappurtar tad-data rispettiva fil-livell tal-Unjoni għall-introduzzjoni ta' strumenti bħal dawn;
(e)
jekk ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja kif imsemmi fl-Artikolu 92(1a), għandux jiġi estiż għal istituzzjonijiet sistemikament importanti li mhumiex G-SIIs, jekk il-kalibrazzjoni tiegħu għandhiex tkun differenti mill-kalibrazzjoni għall-G-SIIs, u jekk il-kalibrazzjoni tiegħu għandhiex tkun skont il-livell ta' importanza sistemika tal-istituzzjoni;
(f)
jekk ir-reċiproċità volontarja attwali tal-miżuri makroprudenzjali għandhiex tinbidel għal reċiproċità obbligatorja u jekk il-qafas attwali tal-BERS għar-reċiproċità volontarja hux bażi adatta għal dan;
(g)
kif l-awtoritajiet makroprudenzjali rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali jistgħu jingħataw mandat b'għodod biex jindirizzaw riskji sistemiċi emerġenti ġodda li jirriżultaw minn skoperturi tal-istituzzjonijiet ta' kreditu għas-settur mhux bankarju, b'mod partikolari minn swieq tad-derivattivi u ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, is-settur tal-ġestjoni tal-assi u s-settur tal-assigurazzjoni.
|
|
Artikolu 513 2.
|
Sal-31 ta' Diċembru 2022, u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tal-konsultazzjoni mal-BERS u l-ABE, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u, fejn adatt, tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|