+Artikolu 519a Rapportar u rieżami

Artikolu 519a Rapportar u rieżami

Artikolu 519a

Rapportar u rieżami

Sa l-1 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fil-Kapitolu 5 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta fid-dawl tal-iżviluppi fis-swieq tat-titolizzazzjoni, inkluż minn perspettiva makroprudenzjali u ekonomika. Dak ir-rapport għandu, jekk ikun adatt, ikun akkumpanjat minn proposta leġislattiva u għandu, b’mod partikolari, jivvaluta l-punti li ġejjin:

(a) 

l-impatt tal-ġerarkija tal-metodi stabbiliti fl-Artikolu 254 u tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni kif stabbilit fl-Artikoli 258 sa 266 dwar l-attività tal-ħruġ u l-investiment minn istituzzjonijiet fis-swieq tat-titolizzazzjoni fl-Unjoni;

(b) 

l-effetti fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni u l-Istati Membri, b’fokus partikolari fuq spekulazzjoni potenzjali fuq is-suq tal-proprjetà immobbli u interkonnettività akbar bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji;

(c) 

liema miżuri jkunu meħtieġa biex jitnaqqas u jingħeleb kwalunkwe effett negattiv ta’ titolizzazzjonijiet fuq l-istabbiltà finanzjarja filwaqt li jinżamm l-effett pożittiv tagħha fuq il-finanzjament, inkluż l-introduzzjoni possibbli ta’ limitu massimu fuq l-iskopertura għat-titolizzazzjonijiet; u

(d) 

l-effetti fuq il-kapaċità tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jipprovdu mezz ta’ finanzjament sostenibbli u stabbli għall-ekonomija reali, b’attenzjoni partikolari għall-SMEs; u

▼M13

(e) 

il-mod kif il-kriterji tas-sostenibbiltà ambjentali jistgħu jiġu integrati fil-qafas tat-titolizzazzjoni, inkluż għall-iskoperturi għal titolizzazzjonijiet NPE.

▼M5

Ir-rapport għandu jikkunsidra wkoll l-iżviluppi regolatorji f’fora internazzjonali, b’mod partikolari dawk marbutin mal-istandards internazzjonali dwar it-titolizzazzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.