+Artikolu 14 2.

Artikolu 14 2.

Għall-finijiet tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1, il-manifattur għandu jissottometti:

(a) 

notifika ta’ twissija bikrija ta’ vulnerabbiltà sfruttata b’mod attiv, mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien 24 siegħa minn meta l-manifattur isir jaf biha, li tindika, meta dan ikun applikabbli, l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom il-manifattur ikun konxju li l-prodott tiegħu b’elementi diġitali jkun tqiegħed;

(b) 

sakemm l-informazzjoni rilevanti ma tkunx diġà ġiet ipprovduta, notifika ta’ vulnerabbiltà, mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien 72 siegħa minn meta l-manifattur isir konxju mill-vulnerabbiltà sfruttata b’mod attiv, li għandha tipprovdi informazzjoni ġenerali, kif disponibbli, dwar il-prodott b’elementi diġitali kkonċernat, in-natura ġenerali tal-vulnerabbiltà kkonċernata u l-mod li bih tiġi sfruttata kif ukoll kwalunkwe miżura korrettiva jew ta’ mitigazzjoni meħuda, u l-miżuri korrettivi jew ta’ mitigazzjoni li l-utenti jistgħu jieħdu, u li għandha tindika wkoll, meta dan ikun applikabbli, kemm il-manifattur iqis li l-informazzjoni notifikata hija sensittiva;

(c) 

sakemm l-informazzjoni rilevanti ma tkunx diġà ġiet ipprovduta, rapport finali, mhux aktar tard minn 14-il jum wara li tkun disponibbli miżura korrettiva jew ta’ mitigazzjoni, li jinkludi mill-anqas dan li ġej:

(i) 

deskrizzjoni tal-vulnerabbiltà, inklużi s-serjetà u l-impatt tagħha;

(ii) 

meta tkun disponibbli, informazzjoni dwar kwalunkwe attur malizzjuż li sfrutta jew li qed jisfrutta l-vulnerabbiltà;

(iii) 

dettalji dwar l-aġġornament tas-sigurtà jew miżuri korrettiv oħra li saru disponibbli biex tiġi rrimedjata l-vulnerabbiltà.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2847
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.