+Artikolu 60 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 648/2012
---+Artikolu 60 (1)
---+Artikolu 60 (2)
---+Artikolu 60 (3)
---+Artikolu 60 (4)
---+Artikolu 60 (5)
---+Artikolu 60 (6)
---+Artikolu 60 (7)

Artikolu 60 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 648/2012

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jiġi emendat kif ġej:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 60 (1)

l-Artikolu 26 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Kontroparti ċentrali (CCP) għandha żżomm u topera struttura organizzazzjonali li tiżgura l-kontinwità u l-funzjonament tajjeb fit-twettiq tas-servizzi u l-attivitajiet tagħha. Hija għandha tuża sistemi, riżorsi u proċeduri xierqa u proporzjonati, inkluż sistemi tal-ICT ġestiti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2).

(*2)  Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (ĠU L 333, 27.12.2022, p1).”;"

(b)

jitħassar il-paragrafu 6;

Artikolu 60 (2)

l-Artikolu 34 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   CCP għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm politika adegwata ta’ kontinwità tal-operat u pjan ta’ rkupru minn diżastri, li għandhom jinkludu pjanijiet ta’ politika ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT u pjanijiet ta’ rispons u rkupru tal-ICT stabbiliti u implimentati f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554, bl-għan li jiżguraw l-preservazzjoni tal-funzjonijiet tagħha, l-irkupru bla dewmien tal-operazzjonijiet u l-issodisfar tal-obbligi tas-CCP.”;

(b)

fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha, wara li tikkonsulta mal-membri tas-SEBĊ, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut minimu u r-rekwiżiti tal-politika ta’ kontinwità tal-operat u tal-pjan ta’ rkupru minn diżastri, bl-esklużjoni ta’ pjanijiet ta’ politika ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT u tal-irkupru minn diżastri.”;

Artikolu 60 (3)

fl-Artikolu 56(3), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji, għajr għar-rekwiżiti relatati mal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT, tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.”;

Artikolu 60 (4)

fl-Artikolu 79, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“1.   Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jidentifika s-sorsi ta’ riskju operazzjonali u jimminimizzahom ukoll permezz tal-iżvilupp ta’ sistemi, kontrolli u proċeduri xierqa, inklużi sistemi tal-ICT ġestiti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554.

2.   Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm politika adegwata ta’ kontinwità tal-operat u pjan tal-irkupru minn diżastri, inkluż pjanijiet ta’ politika ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT u pjanijiet ta’ rispons u rkupru tal-ICT stabbiliti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554, bl-għan li jiżgura ż-żamma tal-funzjonijiet tiegħu, l-irkupru bla dewmien tal-operazzjonijiet u l-issodisfar tal-obbligi tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet.”;

Artikolu 60 (5)

fl-Artikolu 80, jitħassar il-paragrafu 1.

Artikolu 60 (6)

fl-Anness I, it-Taqsima II hija emendata kif ġej:

(a)

il-punti (a) u (b) jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

repożitorju tat-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 79(1) billi ma jidentifikax is-sorsi ta’ riskju operazzjonali jew billi ma jimminimizzax dawk ir-riskji permezz tal-iżvilupp ta’ sistemi, kontrolli u proċeduri xierqa, inkluż sistemi tal-ICT ġestiti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554;

(b)

repożitorju tat-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 79(2) billi ma jistabbilixxix, ma jimplimentax jew ma jżommx politika adegwata ta’ kontinwità tal-operat u pjan ta’ rkupru minn diżastri stabbiliti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554, bl-għan li jiżgura ż-żamma tal-funzjonijiet tiegħu, l-irkupru bla dewmien tal-operazzjonijiet u l-issodisfar tal-obbligi tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet;”;

(b)

jitħassar il-punt (c).

Artikolu 60 (7)

l-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

it-Taqsima II hija emendata kif ġej:

(i)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 26(3) billi ma żżommx jew ma toperax struttura organizzazzjonali li tiżgura l-kontinwità u l-funzjonament ordnat fit-twettiq tas-servizzi u l-attivitajiet tagħha jew jekk ma tużax sistemi, riżorsi jew proċeduri xierqa u proporzjonati inkluż sistemi tal-ICT ġestiti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554”;

(ii)

jitħassar il-punt (f).

(b)

fit-Taqsima III, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 34(1) billi ma tistabbilixxix, ma timplimentax jew ma żżommx politika adegwata ta’ kontinwità tal-operat u pjan ta’ rkupru minn diżastri stabbiliti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554, bl-għan li tiżgura l-preservazzjoni tal-funzjonijiet tagħha, l-irkupru fil-ħin tal-operazzjonijiet u t-twettiq tal-obbligi tas-CCP, li tal-inqas jippermetti l-irkupru tat-tranżazzjonijiet kollha fil-waqt tat-tfixkil biex jippermetti li s-CCP tkompli topera b’ċertezza u tikkompleta s-saldu fid-data skedata;”.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R2554
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.